This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/357/15
Prior notification of a concentration (Case M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 357, 29.9.2016, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/34 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 357/15)
1. |
Fit-22 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Maritima del Mediterráneo, S.A.U. (“Marmedsa”, ta’ Spanja) li tappartjeni lil IIF Int’l Holding L.P, u United European Car Carriers Unipessoal, Lda (“UECC”, tal-Portugall) li tappartjeni lil United European Car Carriers, B.V, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża United European Car Carriers Ibérica, S.L.U. kollha kemm hi (“UECC Ibérica”, ta’ Spanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Marmedsa: il-provvista ta’ operazzjonijiet marittimi, loġistiċi u tat-terminal tal-merkanzija prinċipalment fil-peniżola tal-Iberja. Marmedsa taħdem flimkien mal-kumpanija assoċjata tagħha Noatum Ports, S.L.U. taħt il-marka Noatum; — għal UECC: il-provvista ta’ trasport f’distanzi qosra tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief fl-Ewropa; — għal UECC Ibérica: il-ġestjoni u l-operazzjoni ta’ terminal Roll-On-Roll-Off li jinsab fil-port ta’ Pasajes/Pasaia, Spanja, għat-trattament ta’ vetturi (prinċipalment karozzi u vetturi kummerċjali ħfief) u merkanzija ġenerali. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza l-Każ M.8105 — Marmedsa/UECC/UECC Ibérica f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.