This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/306/09
Prior notification of a concentration (Case M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 306, 23.8.2016, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 306/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 306/09)
|
1. |
Fis-16 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bunge Deutschland GmbH (il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Bunge Limited (“Bunge”, l-Istati Uniti) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Walter Rau Neusser Öl und Fett AG (“WRAG”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Bunge: kumpanija tal-ikel u l-kummerċ agrikolu attiva fix-xiri, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ ċereali u żrieragħ taż-żejt, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ zokkor u bijoenerġija, żjut u xaħmijiet li jittieklu, il-ħolqien ta’ prodotti mill-qamħ mitħun, qamħirrum u ross għall-konsumaturi u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti fertilizzanti għall-agrikoltura. Bunge topera f’bejn wieħed u ieħor 40 pajjiż madwar id-dinja, — għal WRAG: l-ipproċessar u t-taħlit ta’ żjut u xaħmijiet veġetali primarjament għal proċessuri tal-ikel industrijali u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ żjut li jittieklu. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8068 — Bunge/Walter Rau Neusser Öl und Fett, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).