Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/207/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7975 — Mylan/Meda) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 207, 10.6.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7975 — Mylan/Meda)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 207/07)

1.

Fl-1 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Mylan N.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi, “Mylan”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Meda AB kollha kemm hi (l-Isvezja, “Meda”) permezz ta’ tħabbira ta’ sejħa pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mylan hija kumpanija farmaċewtika dinjija li tiżviluppa, tagħti liċenzji, timmanifattura, tikkummerċjalizza u tqassam farmaċewtiċi ġeneriċi, farmaċewtiċi ġeneriċi tad-ditta u farmaċewtiċi ta’ speċjalità,

Meda hija kumpanija ta’ speċjalità internazzjonali li li timmanifattura u tqassam prodotti farmaċewtiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7975 — Mylan/Meda, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top