This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/188/04
Prior notification of a concentration (Case M.7970 — Air Liquide/OMZ/JV) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7970 — Air Liquide/OMZ/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7970 — Air Liquide/OMZ/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 188, 27.5.2016, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 188/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7970 — Air Liquide/OMZ/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 188/04)
|
1. |
Fid-19 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Air Liquide Global E&C Solutions (Franza) u OMZ (il-Federazzjoni Russa) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Air Liquide E&C: Air Liquide E&C hija sussidjarja posseduta totalment, u kkontrollata minn Air Liquide S.A., Franza, li hija kumpanija multinazzjonali li tipproduċi gassijiet industrijali u toffri gassijiet, teknoloġiji u servizzi relatati lil industriji differenti u lis-settur tal-kura tas-saħħa. Air Liquide E&C hija waħda mill-entitajiet operattivi tal-Grupp Air Liquide li jfassal, jiżviluppa u jipproduċi unitajiet ta’ produzzjoni tal-gass. — għal OMZ: OMZ hi kumpanija b’ishma konġunti kontrollata minn “Gazprombank”, li hija istituzzjoni finanzjarja li tagħti servizzi bankarji u ta’ investiment. OMZ hija attiva fl-industrija tal-magni kbar industrijali li tinkludi tagħmir tal-enerġija nukleari, tagħmir petrokimiku, tagħmir tat-tħaffir għaż-żejt u l-gass, prodotti magħmula minn azzar regolari u speċjali, tagħmir tal-metallurġija, tagħmir tat-tħaffir għall-minerali, teknoloġija krijoġenika, valvi għal pipelines u l-inġinerija, soluzzjonijiet komprensivi, u s-servizzi ta’ appoġġ. Fost teknoloġiji, prodotti u servizzi oħra, OMZ hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u tagħmir għas-separazzjoni tal-arja, il-provvista ta’ gassijiet industrijali, u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet komprensivi għal raffinar ta’ gass assoċjat, gass naturali u gass naturali likwidu (LNG). — għall-JV: l-għoti ta’ servizzi ta’ inġinerija u ta’ diżinn, kif ukoll tagħmir relatati ma’ proċessi tal-likwefazzjoni tal-gass naturali. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7970 — Air Liquide/OMZ/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.