EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/128/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7989 — Griffin/LVS II Lux XX/Redefine/Echo Prime JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 128, 12.4.2016, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7989 — Griffin/LVS II Lux XX/Redefine/Echo Prime JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 128/08)

1.

Fil-5 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Griffin Topco III SARL (“Griffin”, il-Lussemburgu), bażikament ikkontrollata minn Oaktree Capital Group LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerika), LVs II Lux XX SARL (“LVS II Lux XX”, il-Lussemburgu), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ fond ta’ investiment ġestit minn Pacific Investment Management Company LLC (“PIMCO”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Redefine Properties Limited (“Redefine”, l-Afrika t’Isfel), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Echo Prime Properties B.V. (“Echo Prime JV”, il-Polonja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Griffin: attivitajiet ta’ investiment, fosthom f’assi ta’ proprjetà immobbli u servizzi. Griffin tappartjeni lil Oaktree, kumpanija ta’ investiment,

—   għal LVS II Lux XX: attivitajiet ta’ investiment, fosthom f’assi ta’ proprjetà immobbli u servizzi. LVs II LUX xx hija kompletament proprjetà ta’ PIMCO, kumpanija ta’ investiment,

—   għal Redefine: investimenti f’assi u servizzi ta’ proprjetà immobbli, prinċipalment fl-Afrika t’Isfel u l-Awstralja,

—   għal Echo Prime JV: assi u servizzi ta’ proprjetà immobbli ttrasferiti minn Echo Investment. Echo Investment hija impriża konġunta (joint venture, JV) indirettament ikkontrollata b’mod konġunt minn Oaktree u PIMCO.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7989 — Griffin/LVS II Lux XX/Redefine/Echo Prime JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top