Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/003/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7888 — Apax/B&G/Mannai/GFI Informatique) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 3, 7.1.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 3/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7888 — Apax/B&G/Mannai/GFI Informatique)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 3/09)

1.

Fit-22 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Apax Partners S.A., Boussard & Gavaudan u Mannai Corporation QSC jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża GFI Informatique permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Apax Partners S.A.: kumpanija ta’ investiment speċjalizzata fil-finanzjament għall-SMEs fi Franza u barra mill-pajjiż,

—   għal Boussard & Gavaudan: amministrazzjoni ta' fondi,

—   għal Mannai Corporation QSC: il-forniment ta’ prodotti u servizzi għal kumpaniji tas-settur privat fil-Qatar,

—   għal GFI Informatique: il-forniment ta’ konsulenza, integrazzjoni ta’ sistemi, esternalizzazzjoni u soluzzjonijiet ta’ software.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7888 — Apax/B&G/Mannai/GFI Informatique, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top