This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/401/04
Prior notification of a concentration (Case M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 401, 3.12.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 401/04)
1. |
Fis-26 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ġappuniżi Sumitomo Corporation (“SC”) u Sumitomo Mitsui Banking Corporation (“SMBC”), sussidjarja ta’ Sumitomo Mitsui Financial Group, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-kumpaniji Indoneżjani PT Summit Oto Finance (“SOF”) u PT Oto Multiartha (“OTO”), li bħalissa huma sussidjarji ta’ SC, permezz ta’ xiri ta’ ishma li jikkonstitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — SC: kumpanija kummerċjali integrata attiva f’diversi setturi bħall-prodotti tal-metall, is-sistemi ta’ trasportazzjoni u tal-kostruzzjoni, kimiċi u elettronika, midja, netwerks u ħwienet tal-lifestyle, u riżorsi minerali, — SMBC: kumpanija finanzjarja li tipprovdi servizzi bankarji kummerċjali u servizzi bankarji korrispondenti, kif ukoll il-kiri, senserija ta’ titoli, karti ta’ kreditu, self tal-konsumatur, self ipotekarju riskjuż (venture capital) kif ukoll is-servizzi ta’ titolizzazzjoni, — — OTO: il-provvista ta’ finanzjar tal-vetturi fl-Indoneżja, — SOF: il-provvista ta’ finanzjament ta’ muturi fl-Indoneżja. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.