This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/347/07
Prior notification of a concentration (Case M.7777 — Solvay/Cytec) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 347, 20.10.2015, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 347/07)
|
1. |
Fit-13 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Solvay SA (“Solvay”, il-Belġju) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' Cytec Industries Inc. kollha kemm hi (“Cytec”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Solvay: riċerka, żvilupp, produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u bejgħ ta’ kimiċi u plastik, inklużi t-tħaffir fil-minjieri għall-kimiċi, globalment. — għal Cytec: il-forniment ta’ kimiċi, materjali komposti u kolla għal firxa wiesgħa ta’ industriji, bħall-industrija aerospazjali, l-agrikoltura, id-difiża u l-industrija tal-minjieri, globalment. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza Każ M.7777 — Solvay/Cytec, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).