Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/271/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7731 — Bpifrance/Springwater/Delion France) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 271, 18.8.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7731 — Bpifrance/Springwater/Delion France)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 271/07)

1.

Fl-10 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bpifrance Investissement (“Bpifrance”, Franza), ikkontrollata ultimament minn Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza) u Springwater Capital LLC (“SWC”, l-Isvizzera) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Delion France (“dDlion”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bpifrance hija attiva prinċipalment fil-finanzjament ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) innovattivi. Bpifrance għandha 42 uffiċċju reġjonali u tiffinanzja negozji permezz ta’ self, garanziji u investimenti ta’ ekwità,

SWC tispeċjalizza fir-riorganizzazzjoni, ir-ristrutturar, l-akkwist ta’ kumpaniji u tranżazzjonijiet ta’ opportunità speċjali bħat-turnaround u investimenti f’diffikultà. Hija tinvesti fis-setturi tal-midja, il-proprjetà immobbli u d-divertiment fl-Ewropa,

Delion se tkun preżenti fil-produzzjoni tal-karta ta’ kwalità għolja. L-impjant tal-produzzjoni jinsab f’Voreppe, Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7731 — Bpifrance/Springwater/Delion France, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top