This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/263/03
Prior notification of a concentration (Case M.7720 — Mahindra World City Developers/Sumitomo/JV) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7720 — Mahindra World City Developers/Sumitomo/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7720 — Mahindra World City Developers/Sumitomo/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 263, 11.8.2015, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/3 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7720 — Mahindra World City Developers/Sumitomo/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 263/03)
|
1. |
Fit-3 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mahindra World City Developers Limited (“Mahindra World City Developers”, l-Indja), li tappartjeni lill-Mahindra Group of Companies, u Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża konġunta mwaqqfa ġdida, Mahindra Industrial Park Chennai Limited. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Mahindra World City Developers: l-iżvilupp tal-art għall-użu industrijali, kummerċjali u residenzjali; — għal Sumitomo: il-provvista ta’ servizzi u prodotti f’varjetà ta’ setturi tan-negozju, fosthom il-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, is-sistemi tat-trasport u tal-kostruzzjoni, l-ambjent u l-infrastruttura, il-kimiċi u l-elettronika, il-midja, in-networks u oġġetti relatati mal-istil ta’ ħajja, ir-riżorsi minerali, l-enerġija u l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-ġestjoni ta’ parks industrijali. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7720 — Mahindra World City Developers/Sumitomo/JV, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.