Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/207/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7559 — Pfizer/Hospira) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 207, 24.6.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7559 — Pfizer/Hospira)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 207/14)

1.

Fil-15 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Pfizer Inc. (“Pfizer”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Hospira Inc. (“Hospira”), it-tnejn li huma fl-Istati Uniti tal-Amerika, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Pfizer hija kumpanija globali bijomedika u farmaċewtika bbażata fuq ir-riċerka attiva fl-iskoperta, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ mediċini innovattivi għall-bnedmin,

Hospira hija fornitur globali ta’ drogi injettabbli u teknoloġiji ta’ infużjoni, b’firxa wiesgħa ta’ mediċini ġeneriċi, tad-ditta u bijosimili għall-bnedmin.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7559 — Pfizer/Hospira, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top