Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/449/02

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7464 — Bladt Industries/EEW Special Pipe Constructions/TAG Energy Solutions Limited’s Assets) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 449, 16.12.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7464 — Bladt Industries/EEW Special Pipe Constructions/TAG Energy Solutions Limited’s Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 449/02)

1.

Fil-5 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bladt Industries A/S (“Bladt”, id-Danimarka), ikkontrollata mid-ditta ta’ ekwità privata Nordic Capital (Jersey), u EEW Special Pipe Constructions GmbH (“EEW”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-EEW Group, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ assi li attwalment huma proprjetà ta’ TAG Energy Solutions Limited (“TAG”, ir-Renju Unit), bix-xiri tal-assi permezz ta’ joint venture li għadha kif inħolqot (“JV”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Bladt: manifattura ta’ soluzzjonijiet tal-azzar għal strutturi fuq skala kbira u kumplessi fis-settur tal-enerġija mir-riħ u dik rinnovabbli, fl-industrija taż-żejt u tal-gass u għal proġetti infrastrutturali,

—   għal EEW: manifattura ta’ tubi kbar tal-azzar użati fil-bini ta’ rziezet tar-riħ lil hinn mill-kosta,

—   għall-JV: manifattura ta’ tranżizzjoni f’biċċiet u partijiet tal-azzar primarja tagħhom ta’ pedamenti offshore użati f’turbini tar-riħ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7464 — Bladt Industries/EEW Special Pipe Constructions/TAG Energy Solutions Limited’s Assets, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top