This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/417/08
Prior notification of a concentration (Case M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 417, 21.11.2014, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 417/08
|
1. |
Fil-11 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Koala HoldCo, LLC affiljati ma’ TPG Global, LLC u TPG Special Situations Partners, LLC (“TPG”, L-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Kensington Group plc u ta’ ċerti assi ta’ Investec Bank plc (“Kensington”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Blackstone: ġestjoni globali alternattiva tal-assi u l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja, — TPG: ditta privata ta’ investiment globali, — Kensington: sellief ta’ ipoteki residenzjali bbażati fir-Renju Unit. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.