Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/410/06

Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 410, 18.11.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/11


Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

2014/C 410/06

Il-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro (1) bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati li jkollhom jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku b’mod ġenerali.

Spanja aġġornat id-disinn tal-wiċċ nazzjonali tal-muniti tal-EUR 1 u taż-EUR 2 għall-produzzjoni mill-2015 sabiex juru l-bidla fil-pożizzjoni tal-Kap tal-Istat. Il-muniti tal-EUR 1 u taż-EUR 2 mis-snin preċedenti li juru l-wiċċ il-qadim nazzjonali Spanjol jibqgħu jintużaw. Id-disinji fuq id-denominazzjonijiet l-oħra jibqgħu l-istess.

Image

Image

Il-pajjiż emittenti : Spanja

Data tal-ħruġ : Jannar 2015

Deskrizzjoni tad-disinji : Id-disinn tal-muniti Spanjoli tal-EUR 1 u taż-EUR 2 juru x-xbieha tal-Kap ta’ Stat il-ġdid, il-Maestà Tiegħu ir-Re Felipe VI, fi profi liħares lejn ix-xellug. Fuq ix-xellug tax-xbieha, f’sens ċirkolari u b’ittri kapitali, l-isem tal-pajjiż emittenti u s-sena tal-ħruġ “ESPAÑA 2015” u fuq il-lemin il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-inqix fuq ix-xifer tal-munita taż-EUR 2: 2Image Image, ripetut sitt darbiet, darba bis-sew darba bil-maqlub.


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, ĠU C 254, 20.10.2006, p. 6 u ĠU C 248, 23.10.2007, p. 8 għal referenza għall-muniti tal-euro l-oħra.


Top