This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/297/04
Prior notification of a concentration (Case M.7217 — Facebook / WhatsApp) Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7217 — Facebook / WhatsApp) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7217 — Facebook / WhatsApp) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 297, 4.9.2014, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/13 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7217 — Facebook / WhatsApp)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 297/04)
|
1. |
Fid-29 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Facebook, Inc. (“Facebook”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' WhatsApp Inc. kollha kemm hi (“WhatsApp Inc.”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Facebook: provvista ta' websajts applikazzjonijiet tal-mowbajl li joffru netwerking, funzjonalitajiet ta' komunikazzjoni lill-konsumatur u ta' qsim ta' ritratti / vidjows, provvista ta' spazju onlajn għar-riklamar, — għal WhatsApp: provvista ta' applikazzjoni tal-mowbajl li toffri funzjonalitajiet ta' komunikazzjoni lill-konsumatur. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi biex jissottomettu lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7217 — Facebook / WhatsApp, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).