Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/010/01

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 10, 14.1.2014, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/1


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 10/01

Fil-20 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+ 32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


Top