Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/342/04

Sejħa indirizzata lill-organizzazzjonijiet rilevanti bħall-aġenziji ta' riċerka, l-istituzzjonijiet ta' riċerka, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew l-intrapriżi għat-twaqqif ta' bażi ta' dejta ta' esperti indipendenti prospettivi biex tassisti lis-servizzi tal-Kummissjoni f'kompiti marbuta mal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020

ĠU C 342, 22.11.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/4


Sejħa indirizzata lill-organizzazzjonijiet rilevanti bħall-aġenziji ta' riċerka, l-istituzzjonijiet ta' riċerka, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew l-intrapriżi għat-twaqqif ta' bażi ta' dejta ta' esperti indipendenti prospettivi biex tassisti lis-servizzi tal-Kummissjoni f'kompiti marbuta mal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020

2013/C 342/04

B'dan qed titħabbar it-tnedija ta' sejħa indirizzata lill-organizzazzjonijiet rilevanti bħall-aġenziji ta' riċerka, l-istituzzjonijiet ta' riċerka, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew l-intrapriżi għat-twaqqif ta' bażi ta' dejta ta' esperti indipendenti prospettivi biex tassisti lis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kompiti marbuta ma' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (1) u l-programm speċifiku tiegħu (il-programm qafas Orizzont 2020) u l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta lil Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-innovazzjoni (il-“Programm Euratom”), (kollettivament “Orizzont 2020”) u l-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar (RFCS) (2).

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet u kif għandhom jiġu ppreżentati listi ta’ esperti indipendenti prospettivi proposti għal din is-sejħa hija disponibbli fil-Portal tal-Kummissjoni Ewropea għall-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/experts).


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Din is-sejħa qed tiġi ppubblikata qabel iż-żmien mistenni għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-Programm Qafas Orizzont 2020. Għalhekk, din is-sejħa se tidħol fis-seħħ kompletament biss wara li l-Programm Qafas Orizzont 2020 ikun daħal fis-seħħ. Jista' jiġi vverifikat li d-dispożizzjonijiet dwar l-esperti indipendenti ma saritilhom l-ebda bidla sostanzjali. Il-pubblikazzjoni tas-sejħa, b’antiċipazzjoni għall-adozzjoni tal-Programm Qafas Orizzont 2020, ma għandhiex tagħti lok għal talbiet kontra l-Kummissjoni.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Fond tar-Riċerka tal-RFCS u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali ta' dan il-programm, ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7.


Top