This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/082A/01
Corrigendum to notice of open competition EPSO/AD/177/10 — Administrators (AD 5) ( OJ C 64 A, 16.3.2010 )
Rettifika għall-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Amministraturi (AD 5) ( ĠU C 64 A, 16.3.2010 )
Rettifika għall-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Amministraturi (AD 5) ( ĠU C 64 A, 16.3.2010 )
ĠU C 82A, 21.3.2013, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 82/1 |
Rettifika għall-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Amministraturi (AD 5)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 64 A tas-16 ta' Marzu 2010 )
(2013/C 82 A/01)
F'paġna 1:
minflok:
“Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 57 A tad-9 ta' Marzu 2010 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.
…
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA' DĦUL |
|
V. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI |
|
VI. |
LISTI TA' RIŻERVI |
|
VII. |
KIF TAPPLIKA?” |
aqra:
“Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO, għajr il-punti 6.3 u 6.4 li huma sostitwiti bit-test li jidher fit-Taqsima VIII, 'Informazzjoni addizzjonali'.
…
WERREJ
|
I. |
QAFAS ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI |
|
IV. |
TESTIJIET TA' DĦUL |
|
V. |
KOMPETIZZJONI ĠENERALI |
|
VI. |
LISTI TA' RIŻERVI |
|
VII. |
KIF TAPPLIKA? |
|
VIII. |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI”; |
f'paġna 3, Taqsima III, punt 2.3:
minflok:
|
“2.3. |
Għarfien lingwistiku |
||
|
|
… |
||
|
Lingwa prinċipali: għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
||
|
u |
|
||
|
Tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1): għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż” |
aqra:
|
“2.3. |
Għarfien lingwistiku |
||
|
|
… |
||
|
Il-lingwa prinċipali: Għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
||
|
u |
|
||
|
It-tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1): Għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż. B'konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, fil-qafas ta' din il-kompetizzjoni, huma obbligati jiddikjaraw ir-raġunijiet li minħabba fihom jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għal għadd ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mal-ewwel u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna. Abbażi tal-prassi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż bla dubju huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet meta dawn ikollhom il-possibbiltà li jagħżlu t-tieni lingwa tagħhom. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fi ħdan l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel it-test fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li jsibu fl-impjieg. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.” |
f'paġna 3, Taqsima IV:
minflok:
“IV. TESTIJIET TA' DĦUL
|
jekk, waqt l-iskrizzjoni elettronika , tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi elenkati fit-taqsima III. |
|||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla maħsuba biex jivvalutaw l-abiltajiet u l-kompetenzi ġenerali fil-qasam tal-kapaċità ta': |
|||
|
Test a) |
raġunament verbali |
Marki: 0 sa 20 punt Minimu meħtieġ: 10 punti |
||
|
Test b) |
raġunament numeriku |
Marki: 0 sa 10 punti |
||
|
Test c) |
raġunament astratt |
Marki: 0 sa 10 punti |
||
|
|
Il-Minimu meħtieġ:10 punti għat-testijiet (b) u (c) flimkien |
|||
|
Lingwa 2 |
|||
|
Sensiela ta' mistoqsijiet b'għażla multipla maħsuba biex jivvalutaw il-kompetenzi tiegħek fil-qasam tal-valutazzjoni sitwazzjonali |
L-evalwazzjoni ta' dan it-test se jkun ikkomunikat lill-ġurija biss bħala konsulenza pprovduta mill-esperti u kontribuzzjoni teknika fil-proċess ta' deċiżjoni għall-kandidati ammessi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. |
||
|
Lingwa 2 (Franċiż, Ġermaniż jew Ingliż)” |
|||
aqra:
“IV. TESTIJIET TA' DĦUL
It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u jiġu organizzati mill-EPSO. Il-ġurija tiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u tapprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
|
jekk, waqt l-iskrizzjoni elettronika , tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi elenkati fit-taqsima III. |
|||
|
Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla maħsuba biex jivvalutaw l-abiltajiet u l-kompetenzi ġenerali fil-qasam tal-kapaċità ta': |
|||
|
Test a) |
Raġunament verbali |
Marki: 0 sa 20 punt Minimu meħtieġ: 10 punti |
||
|
Test b) |
Raġunament numeriku |
Marki: 0 sa 10 punti |
||
|
Test c) |
Raġunament astratt |
Marki: 0 sa 10 punti |
||
|
|
Il-Minimu meħtieġ:10 punti għat-testijiet (b) u (c) flimkien |
|||
|
Lingwa 2 (Franċiż, Ġermaniż jew Ingliż)” |
|||
f'paġna 4, Taqsima V, punti 1 u 2:
minflok:
|
jekk int (1) tikseb waħda mill-aħjar marki (2) u l-minimu meħtieġ għat-testijiet tad-dħul u jekk, kif iddikjarat fl-iskrizzjoni elettronika tiegħek, int tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi fit-Taqsima III. … |
||||||||||
|
… Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz ta' dawn l-elementi:
|
aqra:
|
jekk int (3) tikseb waħda mill-aħjar marki (4) u l-minimu meħtieġ għat-testijiet tad-dħul u jekk, kif iddikjarat fl-applikazzjoni elettronika tiegħek, int tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi fit-Taqsima III. … |
||||||||||
|
… Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz ta' dawn l-elementi (5):
|
f'paġna 5, Taqsima VII, punt 2:
minflok:
|
F' fażi ulterjuri, il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu mistiedna jibagħtu fajl ta' iskrizzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata u dokumenti ta' appoġġ). Data ta' għeluq: Id-data ta' għeluq se tkun ikkomunikata fi żmien xieraq, permezz tal-kont EPSO tiegħek. Proċedura: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.” |
aqra:
|
Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek (7) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta' prova) meta tiġi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni. Proċedura: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali. |
f'paġna 5, żid:
“VIII. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
Bla ħsara għar-rikors previst fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali, huwa possibbli li titlob li ssir reviżjoni fil-każijiet li ġejjin:
|
— |
fil-każ li l-EPSO ma jkunx irrispetta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tal-kompetizzjoni, |
|
— |
fil-każ li l-ġurija ma tkunx irrispettat id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħidmiet tagħha. |
Qed tinġibidlek l-attenzjoni għall-fatt li l-ġurija għandha setgħa kbira diskrezzjonali biex tiddetermina jekk ir-risposti tiegħek ikunux tajbin jew ħżiena.
Jekk it-talba tiegħek taqa' taħt il-kompetenza tal-ġurija, l-EPSO jibgħat l-ittra tiegħek lill-president tal-ġurija u tintbagħatlek tweġiba kemm jista' jkun malajr.
Għandek tagħmel it-talba tiegħek, bir-raġunijiet validi, mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji mid-data meta tirċievi l-ittra onlajn li tintbagħatlek mill-EPSO.
|
— |
jew permezz tal-formola ta' kuntatt ippubblikata fuq il-websajt tal-EPSO, |
|
— |
jew bil-faks f'dan in-numru: +32 22979611. |
Jekk jogħġbok fis-suġġett tal-ittra tiegħek indika:
|
— |
in-numru tal-kompetizzjoni, |
|
— |
in-numru tiegħek ta' kandidat, |
|
— |
l-indikazzjoni ‘demande de réexamen’, ‘Antrag auf Überprüfung’ jew ‘request for review’ (agħżel waħda), |
|
— |
l-istadju tal-kompetizzjoni kkonċernat (pereżempju: testijiet ta' dħul, ċaħda ta' ammissjoni, ċentru ta' evalwazzjoni); jekk jogħġbok indika l-istadju bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż biss.”. |
(1) Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati jkunu ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(2) In-numru tal-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-internet tal-EPSO (www.eu-careers.eu).”
(3) Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati jkunu ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.
(4) In-numru ta' kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
(5) Il-kontenut huwa vvalidat mill-ġurija.
(6) Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, l-istudju tal-każ (li jagħmel parti integrali miċ-ċentru ta' evalwazzjoni) jista' jsir fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, indipendentement mill-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.”;
(7) Id-data ta' meta trid tmur iċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġik ikkomunikata fi żmien xieraq permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO.”;