This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/021/04
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 21, 24.1.2013, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 21/10 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
2013/C 21/04
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Ġermanja
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-50 anniversarju tal-iffirmar tat-Trattat Élysée
Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita, li ġiet imfassla minn Yves Sampo tal-Monnaie de Paris, Stefanie Lindner taz-Zekka tal-Istat ta’ Berlin, Alina Hoyer (Berlin) u Sneschana Russewa-Hoyer (Berlin), turi ritratti stilizzati tal-iffirmar tat-Trattat tal-Élysée (dak li kien il-Kanċillier tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja Konrad Adenauer u l-eks-President tar-Repubblika Franċiża Charles de Gaulle), il-firem tagħhom u l-kliem “50 ANS JAHRE” bis-sena “2013 ” fin-nofs, il-kliem “TRAITÉ DE L’ÉLYSÉE” fuq in-naħa ta’ fuq u l-kliem “ÉLYSÉE-VERTRAG” fuq in-naħa t’isfel. In-naħa tal-lemin tal-parti ta’ ġewwa fiha wkoll il-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ “D”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Numru ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 11-il miljun
Data tal-ħruġ: Jannar 2013
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).