Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/266/02

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6698 – Cheung Kong Holdings/Cheung Kong Infrastructure Holdings/Power Assets Holdings/MNG Gas Networks) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 266, 4.9.2012, pp. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/2


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6698 – Cheung Kong Holdings/Cheung Kong Infrastructure Holdings/Power Assets Holdings/MNG Gas Networks)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 266/02

1.

Fis-27 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), notifika ta' konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha Cheung Kong (Holdings) Limited (“CKH”, Ħong Kong), Cheung Kong Infrastructure Holdings Limited (“CKI”, Ħong Kong) u Power Assets Holdings Limited (“PAH”, Ħong Kong) jakkwistaw, fis-sens tal-artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MNG Gas Networks (UK) Limited (“MNG”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fil-każ tas-CKH: il-parteċipazzjoni fl-investiment, l-iżvilupp tal-proprjetà u l-investiment fiha, it-tħaddim ta’ lukandi u ta’ appartamenti moqdijin bis-servizzi, il-ġestjoni tal-proprjetà u tal-proġetti, u l-investiment fit-titoli,

fil-każ tas-CKI: l-investiment fl-enerġija, fit-trasport u fl-infrastruttura tal-ilma u negozji relatati f’Ħong Kong, fiċ-Ċina kontinentali, fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fi New Zealand u fil-Kanada,

fil-każ tal-PAH: il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku f'Ħong Kong, kif ukoll investimenti f'assi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u f’netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-gass fiċ-Ċina kontinentali, fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fi New Zealand, fit-Tajlandja u fil-Kanada,

fil-każ tal-MNG: tippossjedi, tħaddem u żżomm għaddej in-netwerk prinċipali tad-distribuzzjoni tal-gass f’Wales u fil-Lbiċ tal-Ingilterra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6698 – Cheung Kong Holdings/Cheung Kong Infrastructure Holdings/Power Assets Holdings/MNG Gas Networks, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top