This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2011/123/09
Call for proposals — EACEA/14/11 — MEDIA 2007 — Promotion/Access to markets
Sejħa għall-proposti – EACEA/14/11 – MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
Sejħa għall-proposti – EACEA/14/11 – MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
ĠU C 123, 21.4.2011, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 123/13 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/14/11
MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
2011/C 123/09
1. Objettivi u Deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
L-objettivi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill hawn fuq imsemmija jinkludu:
|
— |
l-iffaċilitar u t-tħeġġiġ tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv u ċinematografiku Ewropew waqt wirjiet kummerċjali, fieri u festivals awdjoviżivi fl-Ewropa u madwar id-dinja, sakemm avvenimenti bħal dawn jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u fin-netwerking ta’ professjonisti; |
|
— |
it-tħeġġiġ tal-ħolqien ta’ netwerks ta’ operaturi Ewropej, billi jiġu appoġġati attivitajiet konġunti fis-swieq Ewropej u dawk internazzjonali permezz ta’ korpi ta’ promozzjoni nazzjonali jew privati. |
Is-Sejħa għall-proposti EACEA/14/2011 toffri ftehim ta’ qafas ta’ sħubija ta’ tliet snin.
2. Applikanti Eleġibbli
Dan l-avviż huwa indirizzat lill-organizzazzjonijiet Ewropej; dawk reġistrati fi u kkontrollati minn ċittadini mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007 (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja), l-Isvizzera u l-Kroazja.
3. Azzjonijiet Eliġibbli
L-objettiv ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li jappoġġja azzjonijiet u attivitajiet li jseħħu fi u barra mill-pajjiżi membri tal-Programm MEDIA.
L-objettivi huma li jiġu appoġġati azzjonijiet li għandhom l-għanijiet li ġejjin:
|
— |
li jtejbu ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej billi jiżguraw li s-settur awdjoviżiv Ewropew ikollu aċċess għas-swieq awdjoviżivi Ewropej u internazzjonali professjonali; |
|
— |
li jinkoraġġixxu attivitajiet komuni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali li jippromwovu films u programmi awdjoviżivi; |
|
— |
li jinkoraġġixxu l-bini ta’ sħubija ekonomika bejn pajjiżi u professjonisti ġewwa u barra l-programm MEDIA u li jiffaċilitaw għarfien reċiproku u fehim aħjar. |
Il-proġetti għandhom idumu għaddejjin għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar.
L-attivitajiet għandhom jibdew mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2012 u għandhom jintemmu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.
4. Kriterji għall-Għoti
Applikanti/proġetti eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ punteġġ ta’ 100 punt skont il-kriterji li ġejjin:
|
Dimensjoni Ewropea tal-azzjoni |
30 punt |
|
Impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej |
30 punt |
|
Il-kwalità u l-kost-effikaċja tal-pjan ta’ azzjoni sottomess |
25 punt |
|
Aspetti innovattivi tal-azzjoni |
5 punti |
|
Promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin minn pajjiżi Ewropej li għandhom kapaċità żgħira ta’ produzzjoni awdjoviżiva |
10 punti |
5. Baġit
Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti jammonta għal EUR 2 560 000.
L-għajnuna massima finanzjarja ma tistax tkun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali tal-azzjoni.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta’ Skadenza Għas-Sottomissjonijiet
Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija:
|
— |
l-10 ta’ Ġunju 2011 għall-attivitajiet annwali li sejrin iseħħu fl-2012 u attivitajiet li jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Mejju 2012. |
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) |
|
Unit Programme MEDIA — P8 |
|
Call for proposals EACEA/14/11 — Promotion/Access to markets |
|
Mr Constantin DASKALAKIS |
|
BOUR 03/30 |
|
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
|
1140 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Sejrin jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola t-tajba, mimlija kif suppost, iddatati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa ġuridika li torbot lill-organizzazzjoni li qiegħda tapplika.
Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew b’email ma jiġux aċċettati.
7. Tagħrif Sħiħ
Il-linji gwida għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, huma disponibbli fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/promo/markt/forms/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola pprovduta u għandu jkun fihom l-appendiċi u l-informazzjoni kollha mitluba.