EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/298/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5913 – CEZ/EPH/Mibrag Group) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 298, 4.11.2010, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5913 – CEZ/EPH/Mibrag Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 298/09

1.

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HC Fin3 NV (il-Pajjiżi l-Baxxi) hi proprjetà sħiħa tal-Energetický a průmyslový holding, a.s. (“EPH”, Repubblika Ċeka), u ČEZ, a.s. (“ČEZ”, Repubblika Ċeka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet l-Amalgamazzjonijiet kontroll konġunt tal-JTSD Braunkohlebergbau GmbH (“JTSD”, Ġermanja) flimkien mal-propjetà sħiħa sussidjarja tagħha Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (“Mibrag”, Ġermanja, Mibrag u s-sussidjarji tagħha li kollettivament huma msejħa “Mibrag Group”) li bħalissa huma kkontrollati mis-Severočeské doly a.s., sussidjarja ta' ČEZ (“SD” Repubblika Ċeka) u s-Sur Křetínský għandhom il-propjetà sħiħa ta' vettura bi skop speċjali, jiġifieri, Lignite Investments (Ċipru), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EPH: investitur strateġiku fis-settur tal-enerġija u investitur pripnċipali fl-industrija,

għal JTSD kumpanija b'responsabbiltà limitata li tikkontrolla b'mod sħiħ il-Mibrag,

għal Mibrag Group attiv prinċipalment fl-estrazzjoni ta' orto-linjite, tisħin distrettwali, operazzjoni ta' impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jaħdmu bil-linjite fil-Ġermanja,

għal SD: it-tħaffir għal-linjite fir-Repubblika Ċeka,

għal ČEZ: attivitajiet differenti fis-settur tal-enerġija bħal (i) ġenerazzjoni, (ii) distribuzzjoni u (iii) bejgħ tal-elettiriku u t-tisħin fir-Repubblika Ċeka, u (iv) l-kummerċ tal-elettriku u t-tħaddim ta' impjanti tal-enerġija f'xi pajjiżi Ewropej oħra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5913 – CEZ/EPH/Mibrag Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top