EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/227/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5944 – Osaka/UFG/Infrastructure Arzak/Saggas) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 227, 24.8.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5944 – Osaka/UFG/Infrastructure Arzak/Saggas)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 227/06

1.

Fis-16 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Osaka Gas UK Ltd (“Osaka”, ir-Renju Unit), li hija proprjetà ta' Osaka Gas Co Ltd (“Osaka Gas”, il-Ġappun), Infrastructure Arzak B.V (“Arzak”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li hija sussidjarja indiretta ta' Deutsche Bank (“DB”, il-Ġermanja) u Unión Fenosa Gas (“UFG”, Spanja) li hija impriża konġunta bejn Unión Fenosa SA (issa Gas Natural SDG, SA “GN”, Spanja), u ENI SpA (“ENI”, l-Italja), jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Planta de Regasificación de Sagunto (“Saggas”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. Permezz ta' din it-Tranżazzjoni, Osaka tieħu post Endesa Generación, SA (“Endesa”, Spanja) bħala azzjonista li għandha l-kontroll. Il-pożizzjonijiet tal-azzjonisti l-oħra li għandhom kontroll konġunt, Arzak u UFG f'Saggas mhumiex affettwati minn din it-Tranżazzjoni.

2.

Din in-notifika ġiet iddikjarata bħala mhux kompluta fit-23 ta’ Lulju 2010. L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fis-17 ta' Awwissu 2010.

3.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Osaka: il-provvista tal-enerġija,

għal Arzak: il-ġestjoni tal-interessi tal-kumpanija possedenti tagħha f'impjanti ta' rigassifikazzjoni ta' gass likwidu naturali fi Spanja,

għal UFG: il-provvista tal-gass lil impriżi u individwi fi Spanja,

għal Saggas: ir-rigassifikazzjoni tal-gass likwidu naturali fi Spanja.

4.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riservata.

5.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5944 – Osaka/UFG/Infrastructure Arzak/Saggas f'dan l-indirizz:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Għaqdiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top