EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/110A/01

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/178-179/10

ĠU C 110A, 29.4.2010, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 110/1


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI EPSO/AD/178-179/10

(2010/C 110 A/01)

Interessat f'karriera fl-istituzzjonijiet Ewropej?

Il-profil tiegħek jikkorrispondi mal-kriterji tagħna?

Mela applika

Għati lilek innifsek iċ-ċans li tirnexxi

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza testijiet ta' dħul kif ukoll kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1) (AD 5).

EPSO/AD/178/10 — Kariga ta' Bibljotekarju/Xjenza tal-Informazzjoni

EPSO/AD/179/10 — Awdjoviżiv

L-għan ta' dawn il-kompetizzjonijiet hu li jfassal listi ta' riżerva maħsuba biex jimlew postijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, speċjalment fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill u fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea mhix assoċjata ma' dawn il-kompetizzjonijiet u għalhekk mhux se timpjega nies mil-listi ta' riżerva.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 57 A tad-9 ta' Marzu 2010 kif ukoll fuq is-sit tal-internet tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' iskrizzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

TESTIJIET TA' DĦUL

V.

AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

VI.

KOMPETIZZJONI ĠENERALI

VII.

LISTI TA' RIŻERVI

VIII.

KIF TAPPLIKA?

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Għadd ta' kandidati magħżula

EPSO/AD/178/10 = 19

EPSO/AD/179/10 = 9

2.

Kummenti

EPSO qed jippubblika b'mod parallel dawn il-kompetizzjonijiet li ġejjin:

EPSO/AD/180/10 — Sigurtà tas-sistemi ta' Informazzjoni (INFOSEC)

EPSO/AD/181/10 — Liġi tal-kompetizzjoni

EPSO/AD/182/10 — Ekonomija tal-industrija

Minn dawn il-ħames oqsma, int tista' tapplika għal wieħed biss.

Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-iskrizzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ivvalidajt u bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

AD 5 huwa l-grad li fih il-kandidati magħżula jidħlu f'karriera ta' amministratur fl-Istituzzjonijiet Ewropej. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jwettqu taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet: tfassil tal-politika, twassil operattiv u ġestjoni tar-riżorsi. Aħna qed infittxu partikolarment kandidati b'potenzjal ta' żvilupp fil-karriera.

Deskrizzjoni dettaljata tal-oqsma differenti tinsab fl-anness.

Il-profil ġenerali mfittex mill-istituzzjonijiet jinsab fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

, int għandek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.   Kundizzjonijiet ġenerali

a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

b)

Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

c)

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli tas-servizz militari.

d)

Tipproduċi r-referenzi tal-karattru xierqa li juru li int tajjeb biex twettaq id-dmirijiet tiegħek.

2.   Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1

Kwalifiki

Ara l-anness

2.2

Għarfien lingwistiku

Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin:

BG (Bulgaru)

CS (Ċek)

DA (Daniż)

DE (Ġermaniż)

EL (Grieg)

EN (Ingliż)

ES (Spanjol)

ET (Estonjan)

FI (Finlandiż)

FR (Franċiż)

GA (Irlandiż)

HU (Ungeriż)

IT (Taljan),

LT (Litwan)

LV (Latvjan)

MT (Malti)

NL (Olandiż)

PL (Polakk)

PT (Portugiż)

RO (Rumen)

SK (Slovakk)

SL (Sloven)

SV (Svediż)

a)

Lingwa 1:

Il-lingwa ewlenija:

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

u

 

b)

Lingwa 2

It-tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż, il-Ġermaniż jew l-Ingliż

IV.   TESTIJIET TAD-DĦUL

Dawn it-testijiet se jiġu organizzati biss jekk in-numru tal-kandidati li applikaw ikun ogħla minn ċertu limitu (2). F'dan il-każ, int tkun infurmat permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.

1.

Int se tkun mistieden għat-testijiet

, tkun iddikjarajt li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-titolu III.

2.

Tip ta' testijiet u mmarkar

Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla maħsuba biex jivvalutaw l-abiltajiet u l-kompetenzi ġenerali fil-qasam tal-kapaċità ta':

Test a)

raġunament verbali

marki: 0 sa 20 punti

minimu meħtieġ: 10 punti

Test b)

raġunament numeriku

marki: 0 sa 10 punti

Test c)

raġunament astratt

marki: 0 sa 10 punti

 

Il-minimu meħtieġ hu ta' 10 punti għat-testijiet kollha b) u c)

3.

Lingwa tat-testijiet

Lingwa 2 (Franċiż, Ġermaniż jew Ingliż)

V.   AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U STEDINA GĦAĊ-ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

1.   Ammissjoni għall-kompetizzjoni

Se jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni elettronika, sabiex jiġu identifikati l-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni.

Fil-każ li jiġu organizzati testijiet ta' dħul preliminari

Dan l-eżami jsir, f'ordni dixxendenti ta' punti miksuba fit-tesijiet ta' dħul, sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li:

kisbu kemm il-minimu meħtieġ kif ukoll l-aħjar marki fit-testijiet ta' dħul u

jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni

Dan il-limitu jikkorrispondi għal sitt darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat fl-avviż ta' kompetizzjoni. Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jiġu kkunsidrati għall-fażi ta' għażla skont il-kwalifiki. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati.

2.   Stedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni: għażla skont il-kwalifiki

Bil-ħsieb li jiġu identifikati l-kandidati li jistgħu jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, il-ġurija tipproċedi għal għażla skont il-kwalifiki wara li jkunu ġew stabbiliti l-kriterji li permezz tagħhom se tevalwa dawn il-kwalifiki. Din l-għażla ssir fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom. Il-ġurija tagħżel, fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni, dawk li għandhom il-kwalifiki l-iktar rilevanti (speċjalment diplomi, esperjenza professjonali) skont il-kwalità u l-livell fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet imfissra fl-avviż ta' kompetizzjoni (ara l-kriterji ta' għażla fl-anness). Din l-għażla ssir fuq il-bażi ta' mmarkar stabbilit b'dan il-mod li ġej:

a)

Kull kriterju ta' għażla jitqies minn 1 sa 3, skont l-importanza mogħtija mill-ġurija;

b)

Il-ġurija tagħti marka minn 1 sa 4 għal kull kriterju, skont il-kwalifiki tal-kandidat.

Imbagħad tistabbilixxi klassifika (3) tal-kandidati skont dawn il-marki.

In-numru tal-kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal tliet darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni u se jkun ippubblikat fuq is-sit tal-internet tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

3.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

Wara l-fażi ta' evalwazzjoni, id-dikjarazzjonijiet li saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom se jkunu verifikati minn EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-ġurija għall-kundizzjonijiet speċifiċi u l-għażla skont il-kwalifiki. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati se jkunu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki għat-testijiet kollha d), e), f) taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara taqsima VI). Fejn xieraq, il-kandidati jridu wkoll jiksbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet għall-kapaċità (4) a), b) u c) (ara taqsima VI). Din il-verifika ssir sakemm jintlaħaq il-limitu ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni kollha. Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati.

VI.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI

1.

Stedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Int se tkun mistieden f'ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju jsir Brussell u li jdum ġurnata, jekk int tkun wieħed mill-kandidati li (5):

jkunu kisbu waħda mill-aħjar marki fit-testijiet ta' dħul (jekk dawn kienu organizzati, ara taqsima IV) u l-minimu meħtieġ għal dawn it-testijiet

u

skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-iskrizzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-taqsima III

u

li kisbu waħda mill-aħjar marki fl-għażla tal-kwalifiki.

2.

Ċentru ta' evalwazzjoni

Int se tkun evalwat dwar il-kapaċitajiet tiegħek fir-rigward tar-raġunament, ħlief jekk dawn ma kienux diġà evalwati waqt it-testijiet ta' dħul organizzati minn qabel. Din l-evalwazzjoni se ssir permezz ta' dawn l-elementi li ġejjin:

a)

test tar-raġunament verbali

b)

test tar-raġunament numeriku

c)

test tar-raġunament astratt

Int se tkun evalwat ukoll fuq il-kompetenzi speċifiċi fil-qasam kif ukoll dwar dawn il-kompetenzi ġenerali:

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Komunikazzjoni

Kwalità u riżultati

Tagħlim u żvilupp

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Perseveranza

Ħidma ma' persuna oħra

Tmexxija

Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.

Dawn il-kompetenzi se jkunu eżaminati permezz ta' dawn l-elementi:

d)

studju tal-każ fil-qasam magħżul

e)

eżerċizzju fi grupp

f)

intervista strutturata

3.

Lingwi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Lingwa 2 (Franċiż, Ġermaniż jew Ingliż) għall-elementi kollha minn a) sa f).

Waqt l-istudju tal-każ (element d), l-għarfien tal-lingwa prinċipali tiegħek (lingwa 1) se tkun ukoll eżaminata

4.

Marki

Kapaċitajiet fil-qasam tar-raġunament (fejn xieraq)

a)

(verbali) minn 0 sa 20 punt

Minimu meħtieġ: 10 punti

b)

(numeriku) minn 0 sa 10 punt

c)

(astratt) minn 0 sa 10 punti

Minimu meħtieġ għat-testijiet kollha b) u c): 10 punti

It-testijiet a), b) u c) huma eliminatorji iżda l-punti tagħhom mhux se jiżdiedu mal-punti tal-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Kompetenzi speċifiċi

Minn 0 sa 100 punt

minimu meħtieġ: 50 punt

Kompetenzi ġenerali

Minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 punti għal kull kompetenza)

minimu meħtieġ:

3 punti għal kull kompetenza u

40 punt għat-tmien kompetenzi ġenerali kollha

VII.   LISTI TA' RIŻERVI

1.

Iskrizzjoni fuq il-lista ta' riżerva

Il-ġurija tikteb ismek fil-lista tar-riżerva (6) (ara n-numru ta' kandidati magħżula, taqsima I, punt I) jekk int tkun wieħed mill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-taqsima V.

2.

Klassifika

Il-listi huma stabbiliti skont il-kompetizzjoni, skont il-grupp ta' mertu (massimu ta' 4) u skont l-ordni alfabetiku f'kull grupp ta' mertu.

VIII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Iskrizzjoni elettronika

Int għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq is-sit tal-internet tal-EPSO.

Data ta' għeluq: it-28 ta' Mejju 2010 sa 12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

2.

Trażmissjoni tal-fajl ta' applikazzjoni

F'fażi ulterjuri, il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni se jkunu mistiedna jibagħtu fajl ta' applikazzjoni komplut (applikazzjoni elettronika ffirmata u dokumenti ta' appoġġ).

Data ta' għeluq: Id-data ta' għeluq se tkun ikkomunikata fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.

Kundizzjonijiet: ara l-punt 2.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.


(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Wara d-data ta' skadenza tal-iskrizzjoni tal-kandidati, EPSO, bħala awtorità li taħtar, jiddeċiedi jekk jorganizzax testijiet ta' dħul jekk in-numru tal-kandidati x'aktarx li joħloq diffikultajiet operattivi jew dewmien sostanzjali tal-proċedura. Dan il-limitu jista' jvarja minn kompetizzjoni għall-oħra.

(3)  Il-kandidati li ma ġewx mistiedna fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni jistgħu jiksbu kopja tal-karta ta' evalwazzjoni tal-kwalifiki tagħhom stabbilita mill-ġurija, billi jagħmlu talba wara għaxart ijiem min-notifika tar-riżultati.

(4)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, dawn it-testijiet jistgħu jsiru waqt il-fażi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni iżda jkunu taħt ir-responsabbiltà ta' EPSO u mhux tal-ġurija.

(5)  Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu mistiedna fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(6)  Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu inklużi fil-lista ta' riżerva.


ANNESS 1

EPSO/AD/178/10 — AMMINISTRATURI (AD 5)

KARIGA TA' BIBLJOTEKARJU/XJENZA TAL-INFORMAZZJONI

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

L-irwol ġenerali tal-amministraturi fil-qasam tal-kariga ta' bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni hu li jamministraw u jipprovdu servizzi ta' informazzjoni professjonali.

Jekk jogħġbok kun af illi f'din il-kompetizzjoni, aħna m'aħniex qegħdin infittxu teknologi tal-informatika (IT), arkivisti jew amministraturi tad-dokumenti/rekords.

Id-dmirijiet ewlenin involuti, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, jinkludu:

Amministrazzjoni tas-servizzi tal-informazzjoni, inkluż l-amministrazzjoni tas-servizzi ta' riċerka tal-informazzjoni ġenerali u speċjalizzati, it-tħaddim ta' sit tal-intranet tas-servizz tal-informazzjoni b'bażijiet tad-dejta onlajn kummerjċali b'liċenzja u l-provvediment ta' taħriġ dwar l-informazzjoni.

Amministrazzjoni ta' vokabularji kkontrollati, katalogar u proċessi ta' indiċjar; Amministrazzjoni ta' ġbir; Amministrazzjoni ta' dejta professjonali.

Riċerka ta' informazzjoni speċjalizzata u amministrazzjoni ta' riżorsi ta' informazzjoni partikolarment f'oqsma ta' politika u/jew gruppi ta' klijenti.

Rwoli ta' tmexxija professjonali u/jew speċjalizzazzjoni f'qasam ta' servizz partikolari bħal pereżempju referenza, standards professjonali, taħriġ tal-klijent, drittijiet tal-awtur, innovazzjoni jew żviluppi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Amministrazzjoni ta' gruppi ta' ħdima ad hoc u timijiet ta' proġetti.

Analiżi u ġbir fil-qosor tal-informazzjoni ta' politika, u kitba ta' rapporti u amministrazzjoni ta' reviżjonijiet.

Tweġiba tat-talbiet għall-informazzjoni tal-klijenti, għażla tal-informazzjoni, katalogar u idiċjar ta' dokumenti, preżentazzjonijiet u provvediment ta' taħriġ lill-klijenti.

Id-dmirijiet ta' bibljotekarju legali (fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu).

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fix-xjenza tal-informazzjoni, dokumentazzjoni jew bibljoekonomija (studji fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika (IT) u tal-arkivji mhumiex inklużi f'din id-definizzjoni).

jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma segwit b'taħriġ ta' mill-inqas sena, iċċertifikat b'diploma fix-xjenza tal-informazzjoni, dokumentazzjoni jew bibljoekonomija (studji fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika (IT) u tal-arkivji mhumiex inklużi f'din id-definizzjoni).

Għall-profil ta' bibljotekarju legali

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fil-liġi u taħriġ jew esperjenza professjonali ta' mill-inqas sentejn fil-qasam tal-bibljoekonomija.

3.   Għażla skont il-kwalifiki

L-attenzjoni ta' din id-deksrizzjoni tal-impjieg hija fuq il-ħiliet mal-persuni (klijenti, persunal) u ħiliet mal-informazzjoni f'kull forma. Dawn l-irwoli jikkonċernaw inqas l-amministrazzjoni tradizzjonali tal-kotba u d-dokumenti u iktar li l-informazzjoni preċiża u rilevanti tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti. Sabiex jintlaħaq dan, jeħtieġ ħafna tipi ta' ħiliet ta' amministrazzjoni f'kuntest ta' informazzjoni professjonali: Amministrazzjoni tas-servizzi, kummerċjalizzazzjoni, kwalità, amministrazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji u amministrazzjoni tal-kuntratti.

Għalhekk, meta jivvaluta l-kwalifiki tal-kandidati, il-bord ta' għażla se jikkunsidra, b'mod partikolari:

għarfien prattiku tal-amministrazzjoni u tal-operazzjonijiet tas-servizz tal-informazzjoni;

għarfien prattiku tas-servizzi tal-klijenti, kwalità u kummerċjalizzazzjoni, u servizzi tal-informazzjoni onlajn;

għarfien tal-affarijiet tal-UE, tal-liġi nazzjonali u/jew tal-UE u/jew internazzjonali;

għarfien fl-oqsma li ġejjin: xjenza politika, relazzjonijiet internazzjonali, ekonomija u xjenza; jew għarfien tajjeb ħafna dwar suġġett ta' kwalunkwe qasam ta' politika rilevanti għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet Ewropej;

ikun mixtieq għarfien eċċellenti tal-ambjent tal-informazzjoni u lingwi uffiċjali ta' pajjiż wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin: l-Awstrija, Ċipru, l-Estonja, Franza, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit;

Għarfien prattiku ta' katalogar u l-indiċizzazzjoni;

għall-profil ta' bibljotekarju legali, il-ġurija se tikkunsidra b'mod partikolari, mingħajr preferenzi lingwistiċi, l-għarfien fil-bibljoekonomija kif ukoll għarfien tal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


ANNESS 2

EPSO/AD/179/10 — AWDJOVIŻIV — AMMINISTRATURI (AD 5)

INĠINIER AV/PRODUTTUR AV

L-istituzzjonijiet tal-UE qed ifittxu inġiniers u produtturi il-qasam awdjoviżiv. Huma se jkunu impjegati fl-istituzzjonijiet rispettivi fis-servizzi awdjoviżivi li huma responsabbli mill-kopertura tal-attivitajiet ta' dawk il-korpi tal-UE kif ukoll li jagħmlu produzzjonijiet awdjoviżivi.

L-inġinieri AV se jkunu responsabbli għall-funzjonament tajjeb tal-infrastruttura awdjoviżiva teknika.

Il-produtturi awdjoviżivi se jkunu responsabbli li jagħmlu produzzjonijiet awdjoviżivi u jkopru l-attivitajiet istituzzjonali in ġenerali.

Se jkun hemm bżonn ta' amministrazzjoni tal-persunal tekniku intern u estern fiż-żewġ pożizzjonijiet.

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Żgurar tal-funzjonament, il-manutenzjoni, is-superviżjoni u l-adattament tat-tagħmir broadcast u multimedjali;

studju u definizzjoni tal-aspetti tekniċi tat-tagħmir ġdid, skont l-iżvilupp tat-teknoloġiji u tal-ħtiġijiet ta' min jużhom;

produzzjoni u definizzjoni tal-kundizzjonijiet tat-twettiq tal-programmi awdjoviżi/multimedjali;

żvilupp tal-produzzjoni awdjoviżiva broadcast u multimedjali;

żgurar tal-iżvilupp u l-ħolqien ta' proġetti ġodda;

parteċipazzjoni fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fit-teknoloġiji tal-awdjoviżiv broadcast u multimedjali, elettroniku jew informatiku; produzzjoni awdjoviziva broadcast u multimedjali

jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikati b'diploma fit-teknoloġiji tal-awdjoviżiv broadcast u multimedjali, elettroniku jew informatiku; segwit b'taħriġ ta' mill-inqas sena, iċċertifikat b'diploma fit-teknoloġiji tal-awdjoviżiv broadcast u multimedjali, elettroniku jew informatiku; produzzjoni awdjoviżiva broadcast u multimedjali

3.   Għażla skont il-kwalifiki

L-għarfien li ġej se jiġi kkunsidrat mill-ġurija:

għarfien tal-elettronika u tat-teknoloġiji differenti marbuta mat-televiżjoni u mar-radju;

għarfien tat-teknoloġiji tal-informatika (bażijiet tad-dejta, sistemi ta' fajls u sistemi operattivi, servers, netwerk, internet);

għarfien tat-teknoloġija tal-informatika marbuta mal-awdjoviżiv broadcast u multimedjali (kompressjoni tal-vidjo u tal-awdjo, trażmissjoni, streaming, vidjo fuq talba);

għarfien prattiku tal-produzzjoni tal-programmi awdjoviżivi broadcast u multimedjali.


Top