Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/110/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5796 – Eni/Mobil Oil Austria) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 110, 29.4.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5796 – Eni/Mobil Oil Austria)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 110/06

1.

Fl-20 ta’ April 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Agib Austria GmbH (“Agip Austria”, l-Awstrija) li hija kompletament ikkontrollata minn Eni S.p.A. (“ENI”, l-Italja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Mobil Oil Austria GmbH (“Mobil Oil Austria”, l-Awstrija), li hija kollha kemm hi proprjetà ta' ExxonMobil Central Europe Holding GmbH (“EMCEH”, il-Ġermanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ENI: esplorazzjoni u produzzjoni ta' gass naturali, forniment ta' gass naturali, trażmissjoni, ħażna, distribuzzjoni u kummerċ, esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt,

għal Mobil Oil Austria: kummerċjalizzazzjoni, forniment u distribuzzjoni ta' prodotti taż-żejt raffinat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5796 – Eni/Mobil Oil Austria, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top