Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/048/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5799 – Faurecia/Plastal) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 48, 26.2.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5799 – Faurecia/Plastal)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 48/09

1.

Fis-17 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha Faurecia Exteriors GmbH (il-Ġermanja), sussidjarja ta' Faurecia S.A., (“Faurecia”, Franza), ikkontrollata minn PSA Peugeot Citroën SA (Franza), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu ta' Plastal GmbH (“Plastal”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri tan-negozju u tal-assi ta' Plastal.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Faurecia: inġinerija, il-produzzjoni u l-forniment ta' apparat għall-karozzi, b'mod partikolari ta' seats tal-karozzi, partijiet interjuri, partijiet ta' quddiem u sistemi tal-ekżost (madwar id-dinja),

għal Plastal: inġinerija, il-produzzjoni u l-forniment ta' elementi tal-plastik b'inġinerija termoplastika għall-industrija tal-karozzi, b'mod partikolari ta' bumpers u front-end carriers (madwar iż-ŻEE kollha).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5799 – Faurecia/Plastal, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top