This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/320/15
Notice of invitation to tender for the reduction in the import duty on maize originating in third countries
Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi
Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi
ĠU C 320, 24.12.2009, pp. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/33 |
Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi
2009/C 320/15
I. SUĠĠETT
|
1. |
Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi. |
|
2. |
Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 (1). |
II. SKADENZI
|
1. |
Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa parzjali jagħlaq fl-14 ta' Jannar 2010 fl-10:00, ħin ta' Brussell. Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu fil-jiem ta' wara fl-10:00, ħin ta' Brussell:
|
|
2. |
Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Mingħajr preġudizzju għall-emendar jew is-sostituzzjoni tiegħu, dan l-avviż japplika għas-seħjiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta' validità ta' din is-sejħa għall-offerti. |
III. OFFERTI
|
1. |
L-offerti li għandhom jitressqu bil-miktub għandhom jaslu f'wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu kontra l-għoti ta' riċevuta, jew inkella b'mezzi elettroniċi: Indirizz għat-tressiq tal-offerti:
L-offerti li ma jitressqux b'mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f'żewġ envelops ittimbrati. L-envelop ta' ġewwa, ittimbrat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum–ir-Regolament (UE) Nru 1292/2009”. L-offerti jibqgħu jgħoddu sa meta l-Istat Membru konċernat jikkomunika lill-offerent ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti. |
|
2. |
L-offerta flimkien mal-prova u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li organizzazzjoni kompetenti tiegħu tkun id-destinazzjoni tal-offerta. |
IV. GARANZIJA TA' SEJĦA GĦALL-OFFERTI
Għandu jsir id-depożitu ta' garanzija ta' sejħa għall-offerti mal-organizzazzjoni kompetenti.
V. GĦOTI TAL-KUNTRATT
L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:
|
(a) |
id-dritt għall-ħruġ, fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fl-offerta, għall-kwantità konċernata; |
|
(b) |
l-obbligu li fl-Istat Membru msemmi fil-punt a) jintalab liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità. |
(2) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.