Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/299/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5697 – Alstom Holding/Alstom Hydro Holding) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 299, 9.12.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5697 – Alstom Holding/Alstom Hydro Holding)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 299/07

1.

Fit-30 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alstom Holdings (“Alstom”, Franza) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament, il-kontroll sħiħ tal-impriża Alstom Hydro Holding (“Alstom Hydro”, Franza) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Alstom: il-forniment ta' tagħmir u servizzi għall-ġenerazzjoni ta' enerġija elettrika u trasport ferrovjarju,

għal Alstom Hydro: il-forniment ta' tagħmir u servizzi għal impjanti ta' enerġija idroelettrika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5697 – Alstom Holding/Alstom Hydro Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top