This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/196/08
New national side of euro coins intended for circulation
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 196, 20.8.2009, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 196/8 |
Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni
2009/C 196/08
Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' 2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika Taljana
Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha konċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ 2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom jippreżenta disinn kommemorattiv simboliku qawwi fuq livell nazzjonali jew Ewropew.
Pajjiż tal-ħruġ: Ir-Repubblika Taljana
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-biċentinarju mit-twelid ta' Louis Braille (1809-1852)
Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita turi id li qed tipprattika l-qari bil-mezz ta' ktieb miftuħ. Taħt is-saba', li qed jipponta lejn l-iskrizzjoni vertikali “LOUIS BRAILLE 1809-2009”, żewġt għasafar li jissimbolizzaw il-libertà tal-għarfien. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RI” tidher fuq nett fuq il-lemin, u dik taz-zekka “R” fil-qiegħ fuq il-lemin. Taħt il-ktieb, l-isem ta' Braille huwa mitkub bl-alfabet li vvinta huwa. Fil-qiegħ nett, l-inizjali “MCC” tal-artista Maria Carmela Colanéri.
Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Kwantità ta’ muniti maħruġin: żewġ miljun munita
Data ta’ ħruġ: Settembru/Ottubru 2009
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1-30 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52-55).