This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/099/13
Prior notification of a concentration — (Case COMP/M.5417 — Mubadala/General Electric/JV) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5417 – Mubadala/General Electric/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5417 – Mubadala/General Electric/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 99, 30.4.2009, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5417 – Mubadala/General Electric/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 99/13
|
1. |
Fit-23 ta' April 2009, il-Kummissjoni rċiviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-intrapriża General Electric Company (“GE”, Stati Uniti ta' l-Amerika) u Mubadala Development Company PJSC (“Mubadala”, L-Emirati ta' Abu Dhabi, UAE) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' negozju bi sħab b'funzjoni sħiħa (“JV”, L-Emirati ta' Abu Dhabi, UAE), permezz ta' akkwist ta' ishma f'kumpanija ffurmata ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni nnotifikata tista' taqa′ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/ M.5417 – Mubadala/General Electric/JV, fl-indirizz li ġej:
|