EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/037/08

MEDIA 2007 — Żvilupp, Distribuzzjoni, Promozzjoni u Taħriġ — Sejħa għall-proposti — EACEA/36/08 — Appoġġ għan-netwerking u l-mobilità ta' studenti u ħarrieġa fl-Ewropa

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/26


MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti — EACEA/36/08

Appoġġ għan-netwerking u l-mobilità ta' studenti u ħarrieġa fl-Ewropa

(2009/C 37/08)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta' sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jħeġġeġ l-iskambji u l-kooperazzjoni, li jappoġġja n-netwerking ta' dawk l-Ewropej involuti fit-taħriġ, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet ta' taħriġ u l-imsieħba tas-settur awdjoviżiv. Għandu l-għan ukoll li jħeġġeġ il-mobilità tal-istudenti u l-ħarrieġa fl-Ewropa.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa immirat lejn konsorzji pan-Ewropej ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet ta' taħriġ u l-imsieħba tas-settur awdjoviżiv li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet tal-programm MEDIA msemmija hawn fuq kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Dawn l-azzjonijiet li ġejjin u l-attivitajiet tagħhom, li jseħħu fil-pajjiżi MEDIA, huma eliġibbli.

Azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp tal-kapaċità tal-professjonisti awdjoviżivi futuri biex jifhmu u jintegraw dimensjoni Ewropea f'xogħolhom billi jtejbu l-għarfien espert fl-oqsma li ġejjin:

taħriġ fil-ġestjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali,

taħriġ f'teknoloġiji awdjoviżivi ġodda,

taħriġ fl-iżvilupp tal-proġett tal-iskripts.

It-tul tal-azzjoni (= kemm iddum l-eliġibilità tal-ispejjeż) huwa ta' 12-il xahar (sa massimu ta' 18-il xahar meta jkun hemm ġustifikazzjoni xierqa).

L-azzjoni trid issir bejn l-1 ta' Settembru 2009 u t-30 ta' Ġunju 2011.

4.   Kriterji għall-għoti

Il-punti għall-applikanti eliġibbli se jiġu allokati minn total ta' 100 abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li jmiss:

il-kwalità tal-kontenut tal-attività (20 punt),

il-ġestjoni tal-proġett (20 punt),

il-kwalità tal-konsorzju (20 punt),

id-dimensjoni Ewropea (20 punt),

l-impatt (20 punt).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta' EUR 1 900 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tingħata hija sussidju. L-assistenza finanzjarju mill-Kummissjoni ma tistax taqbeż il-50 % jew il-75 % tal-ispejjeż kollha eliġibbli.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2009 u f'dan l-indirizz:

Education, Audiovisual and Culture Agency (EACEA)

Call For Proposals EACEA 36/08/ “MEDIA Support for the networking and mobility of students and trainers in Europe”

Mr Constantin Daskalakis

BOUR 03/30

Avenue du Bourget 1

B-1140 Brussels

L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali, iffirmati kif dovut mill-persuna intitolata li tidħol għal impenji li jorbtu legalment għan-nom tal-organizzazzjoni li qed tapplika biss jiġu aċċettati.

Applikazzjonijiet mibgħuta b'fax jew email ikunu rifjutati.

7.   Tagħrif sħiħ

It-test kollu tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/information_society/media/training/forms/initial/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida, jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha speċifikati fit-test tas-sejħa.


Top