Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/319/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 319, 13.12.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 319/25


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 319/11)

    1.

    Fl-4 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Sumitomo Electric Industries Ltd (“SEI”, il-Ġappun), u Nexans group (“Nexans”, Franza) jakkwistaw skont it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' Opticable (“Opticable”, il-Belġju), attwalment ikkontrollata biss minn Nexans, permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal SEI: il-manifattura u l-bejgħ tal-wajers tal-elettriku, harness u kejbils, kif ukoll fibri ottiċi u kejbils tal-fibra ottika tat-telekomunikazzjoni għall-applikazzjonijiet terrestri,

    għal Nexans: attiva fl-industrija tal-kejbil li toffri firxa vasta tal-kejbils u tas-sistemi tal-kejbiling fis-swieq tal-infrastruttura, l-industrija, il-bini u tan-netwerk taż-żona lokali Bħala attività kumplimentari tipprovdi wkoll kejbils tal-fibra ottika,

    għal Opticable: il-manifattura u l-bejgħ tal-kejbils tal-fibra ottika għall-applikazzjonijiet terrestri fl-Ewropa.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5435 — Nexans/SEI/Opticable, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top