This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/266/06
Recruitment for the European Medicines Agency (London)
Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)
Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)
ĠU C 266, 21.10.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 266/14 |
Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (Londra)
(2008/C 266/06)
L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004, ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). L-EMEA ġiet imwaqqfa f'Jannar ta' l-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru ta' l-UE, il-pajjiżi taz-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.
Aktar informazzjoni dwar l–EMEA u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz ta' l-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.emea.europa.eu
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:
— |
EMEA/AD/272: Kap tas-Settur, Spezzjonijiet (AD9), |
— |
EMEA/AD/273: Amministratur tas-sistema: Servers Web u Livell Intermedju (AD6), |
— |
EMEA/AD/274: Amministratur tas-sistema: Telefonija, Komunikazzjonijiet Unifikati u Infrastruttura għal Laqgħat Virtwali (AD5), |
— |
EMEA/AST/275: Assistent: Librar, Settur tal-Ġestjoni tad-Dokumenti u l-Pubblikazzjoni (AST3), |
— |
EMEA/AD/276: Amministratur, Żviluppatur tal-Filemaker (AD6), |
— |
EMEA/AD/277: Amministratur (xjentifiku), Unità tal-Valutazzjoni ta' qabel l-awtorizzazzjoni ta' mediċini għall-użu tal-bniedem, Sigurtà u effikaċja tal-mediċini, Sezzjoni Terapewtika tas-Sistema Nervuża Ċentrali (AD8), |
— |
EMEA/AST/278: Assistent, Arkivji u Ġestjoni tat-Tqassim tal-Posta, Unità tal-Amministrazzjoni (AST3). |
Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skond is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968).
Il-post ta' l-impjieg ikun Londra.
Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej, jew ta' l-Islanda, n-Norveġja jew il-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bhala cittadini.
Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni ta' l-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website ta' l-EMEA:
http://www.emea.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati elettronikament permezz tal-formola li hija disponibbli mis-sit elettroniku tal-EMEA. L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija f'nofsillejl tat-2 ta' Diċembru 2008.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-EMEA, meta jasal iż-żmien ta' l-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja.
Jekk tixtieq tirċievi notifika ta' pubblikazzjonijiet ta' postijiet battâla b'mod elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra online fuq:
http://www.emea.europa.eu/ taħt “Online Mailing Service”.