Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/249/08

    Sejħa għal proposti — EACEA/22/08 — Appoġġ għad-distribuzzjoni transnazzjonali ta' films Ewropej — Netwerking tad-distributuri Ewropej — Sistema ta' appoġġ selettif

    ĠU C 249, 1.10.2008, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 249/17


    SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/22/08

    Appoġġ għad-distribuzzjoni transnazzjonali ta' films Ewropej

    Netwerking tad-distributuri Ewropej — Sistema ta' appoġġ “selettif”

    (2008/C 249/08)

    1.   Objettivi u Deskrizzjoni

    Din is-sejħa għal proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm multiannwali uniku għall-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam awdjoviżwali għall-perjodu 2007-2013 (MEDIA 2007).

    L-għanijiet tal-programm MEDIA 2007 għas-settur tad-distribuzzjoni huma dawn:

    (a)

    li tissaħħaħ id-distribuzzjoni Ewropew billi d-distributuri jiġu mħeġġa jinvestu fil-koproduzzjoni, l-akkwist u l-promozzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali u biex idaħħlu fis-seħħ strateġiji kkoordinati ta' kummerċjalizzazzjoni;

    (b)

    li jiffaċilita tixrid transnazzjonali akbar ta' films Ewropej billi jħeġġeġ b'mod partikolari lid-distributuri biex jinvestu fil-promozzjoni u d-distribuzzjoni adegwata ta' films Ewropej mhux nazzjonali.

    2.   Kandidati eliġibbli

    Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kumpaniji Ewropej li jispeċjalizzaw fil-bejgħ internazzjonali ta' films ċinematogradiċi Ewropej.

    L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

    is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea,

    il-pajjiżi tal-EFTA u taż-ŻEE: l-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja,

    il-pajjiżi kandidati: il-Kroazja,

    l-Iżvizzera.

    3.   Azzjonijiet eliġibbli

    Din is-sejħa għal proposti hija indirizzata lil kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għaċ-ċirkolazzjoni ta' films ċinematografiċi Ewropej, b'mod partikolari lil kumpaniji ta' distribuzzjoni ċinematografika.

    It-tul tal-proġetti u l-perjodu ta' eliġibbiltà tal-ispejjeż huwa ta' mhux aktar minn 16-il xahar. Il-film għandu jinħareġ fiċ-ċinemas fit-territorji inkwistjoni l-aktar kmieni fid-data ta' għeluq applikabbli għall-preżentazzjoni tal-proposti, u sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data ta' għeluq għall-preżentazzjoni li fiha l-aggruppament inizzjali ta' distribuzzjoni appoġġati jkun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal appoġġ.

    4.   Kriterji ta' attribuzzjoni

    L-appoġġ ser jingħata għad-distribuzzjoni ta' films b'baġit ta' produzzjoni massima ta' EUR 15 miljun, lil għaqdiet ta' distributuri li jikkonsistu f'ta' mill-inqas 5 distributuri għall-films li l-baġit tagħhom huwa inqas minn EUR 3 miljun u ta' mill-inqas 7 distributuri għall-films li l-baġit tagħhom huwa ta' bejn EUR 3 u 15 miljun.

    Il-kriterji ta' attribuzzjoni tal-appoġġ huma dawn: l-oriġini u l-ġeneru tal-film, in-numru ta' distributuri eliġibbli, u l-ewwel jew it-tieni xogħol tal-produttur.

    Tingħata attenzjoni partikolari għall-iżvilupp tal-potenzjal tal-pajjiżi b'kapaċità ta' produzzjoni dgħajfa u/jew b'medda lingwistika u ġeografika ristretti.

    5.   Baġit

    Il-baġit massimu disponibbli fuq il-bażi ta' din is-Sejħa għal proposti jammonta għal EUR 12 250 000 miljun soġġett għall-krediti disponibbli fuq il-bażi tal-baġit 2009.

    L-għajnuna finanzjarja ma tistax taqbeż il-50 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli.

    L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

    6.   Data ta' għeluq għas-sottomissjonijiet

    Id-data ta' għeluq biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet hija l-1 ta' Diċembru 2008, l-1 ta' April 2009 u l-1 ta' Lulju 2009. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz:

    Agence Exécutive «Éducation, Audiovisuel et Culture»

    Programme MEDIA

    Appel de propositions EACEA/22/08

    Att. M. Constantin Daskalakis

    BOUR 03/30

    Avenue du Bourget 1

    B-1040 Bruxelles

    Jiġu aċċettati biss l-applikazzjonijiet ppreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, bid-data u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrapreżenta legalment lill-entità li tippreżenta l-applikazzjoni.

    L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew posta elettronika ma jiġux aċċettati.

    7.   Tagħrif sħiħ

    It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti, kif ukoll il-formoli ta' applikazzjoni, jinsabu fuq l-indirizz http://eacea.ec.europa.eu/media. Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jintbagħtu fuq il-formula pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.


    Top