Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/078/08

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5089 — Domo Chemicals/Carmel Olefins/Domo Propylene JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 78, 29.3.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 78/13


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5089 — Domo Chemicals/Carmel Olefins/Domo Propylene JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 78/08)

1.

Fil-25 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Carmel Olefins Ltd. (“Carmel Olefins”, l-Iżrael) ikkontrollata minn Oil Refineries Ltd u Israel Petrochemicals Enterprises Ltd. u Domo Chemicals N.V. (“Domo Chemicals”, il-Belġju) akkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt ta' l-impriża Domo Polypropylene B.V. (“Domo PP”, il-Belġju) permezz ta' xiri ta' ishma

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Carmel Olefins: il-produzzjoni ta' prodotti petrokimiċi li jinkludu l-polipropilene u l-polietilene fl-Iżrael,

għal Domo Chemicals: il-produzzjoni ta' kimiċi, il-polijamid, il-polipropilene u komposti tal-polijamid fiż-ŻEE,

għal Domo PP: il-produzzjoni tal-polipropilene fiż-ŻEE,

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5089 — Domo Chemicals/Carmel Olefins/Domo Propylene JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top