Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/041/12

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5037 — Beko Elektronik/Grundig Multimedia) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 41, 15.2.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 41/23


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5037 — Beko Elektronik/Grundig Multimedia)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 41/12)

    1.

    Fis-7 ta' Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Beko Elektronik A.S.(“Beko”, it-Turkija) li tappartjeni lill-grupp Koç takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża Grundig Multimedia B.V. (“Grundig”, l-Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għall-impriża Beko: il-manifattura u l-bejgħ ta' provisti mingħajr marka ta' televiżuri bil-kulur,

    għall-impriża Grundig: l-iżvilupp, id-disin u l-bejgħ ta' prodotti elettroniċi tagħha stess.

    3.

    Wara l-ewwel evalwazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5037 — Beko Elektronik/Grundig Multimedia, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top