Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/258/06

Avviż ta' Reklutaġġ PE/96/S

ĠU C 258, 31.10.2007, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 258/10


Avviż ta' Reklutaġġ PE/96/S

(2007/C 258/06)

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza proċedura ta' għażla: PE/96/S — Aġent temporanju — Assistent (AST4) għall-iżvilupp ta' l-informatika.

Din il-proċedura ta' għażla teħtieġ livell ta' edukazzjoni għolja muri b'ċertifikat fil-qasam ta' l-informatika ta' mill-inqas sentejn

jew

livell ta' edukazzjoni sekondarja muri b'ċertifikat li jagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja flimkien ma' esperjenza professjonali f'qasam relatat man-natura tal-funzjonijiet ta' mill-inqas tliet snin.

Sad-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, il-kandidati għandhom ikunu kisbu esperjenza minima ta' 5 snin relatata man-natura tal-funzjonijiet.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa pubblikat biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 258 A f'dawn it-tliet lingwi.


Top