Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/254/03

Minuti tas-seduta ta' nhar il-erbgħa, is- 27 ta' ġunju 2007

ĠU C 254, 26.10.2007, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 254/5


MINUTI TAS-SEDUTA TA' NHAR IL-ERBGĦA, IS-27 TA' ĠUNJU 2007

(2007/C 254/03)

(Is-seduta nfetħet fid-9.12 a.m.)

IPPRESIEDA: Is-Sur RADEMBINO-CONIQUET

Ko-President

1.   Sostituti

Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Badia i Cutchet (għal Arif), Goebbels (għal Ferreira), Hutchinson (għal Rosati), Morgantini (għal Holm) u Zwiefka (għal Langendries).

2.   L-avviżi tal-Ko-President

Il-Ko-President irringrazzja lis-Sinjura Wieczorek-Zeul, President fil-kariga tal-Kunsill ta' l-UE, għall-ospitalità tagħha.

3.   Approvazzjoni tal-minuti ta' nhar it-Tnejn wara nofsinhar, il-25 ta' Ġunju u ta' nhar it-Tlieta filgħodu, is-26 ta' Ġunju 2007

Il-minuti ġew approvati.

4.   Rapport ta' l-imsieħba ekonomiċi u soċjali

Is-Sur Akouete (Gruppi ta' Interess Ekonomiku u Soċjali AKP-UE) għamel l-istqarrija tiegħu dwar is-suġġett tar-riżorsi umani għall-iżvilupp.

Kelliema: Goebbels, Mugambe (l-Uganda) u Sebetela (il-Botswana).

5.   Suġġett Nru. 2 li jeħtieġ attenzjoni immedjata: is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (mingħajr riżoluzzjoni)

Kelliema: Berend, Straker (San Vinċenz u l-Grenadini), Jardim Fernandes, Mushelenga (in-Namibja), Mitchell, Top (il-Ginea), de Sousa (l-Angola), Thwala (is-Sważiland), Nguema Owono (il-Ginea Ekwatorjali), Ko-President Kinnock, Matola (il-Malawi), Sebetela (il-Botswana), Gahler, Mafura (il-Lesoto), Lola Kisanga (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Dekuek (is-Sudan), Toga (l-Etjopja) u Deerpalsing (il-Mawrizju).

Il-Ko-President ħabbar li d-diskussjoni dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe se titkompla fil-Burò f'Settembru u esprima t-tama li l-Ispiker tal-Parlament taż- Żimbabwe jibdel il-pożizzjoni tiegħu qabel dak iż-żmien u jaċċetta missjoni għas-sejbien tal-fatti tal-JPA (Assemblea Parlamentari Konġunta).

6.   Rapport mis-Sur Michael Gahler u mis-Sinjura Evelyne B. Cheron (il-Ħaiti) — Governanza tajba, trasparenza u responsabiltà b'rabta ma' l-utilizzazzjoni tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi AKP (ACP-EU/3937/07/fin)

Is-Sinjura Cheron (il-Ħaiti) u s-Sur Gahler ippreżentaw ir-rapport tagħhom.

Kelliema: Theodorakis (Kummissjoni Ewropea), Aubert, Bowis, Mugambe (l-Uganda), Straker (San Vinċenz u l-Grenadini), Nguema Owono (il-Ginea Ekwatorjali), Carlotti, Dekuek (is-Sudan), Oumarou (in-Niġer), Van Hecke, de Sousa (l-Angola), Scheele, Sebetela (il-Botswana), Ramotar (il-Gujana) u Milebou Aubusson (il-Gabon).

Is-Sinjura Cheron (il-Ħaiti) u s-Sur Gahler għalqu d-dibattitu.

7.   Preżentazzjoni tar-rapport tal-UNFPA (Fond tal-Ġnus Magħquda għall-Attivitajiet tal-Popolazzjoni) dwar “L-Istat tal-Popolazzjoni Dinjija 2007”, segwita minn dibattitu

Is-Sur Hakkert (Kap Konsulent Tekniku, il-UNFPA il-Brażil) ippreżenta r-rapport.

Kelliema: Schnellhardt, McAvan, Thwala (is-Sważiland), Kinnock u Ribeiro e Castro.

Is-Sur Hakkert għalaq id-dibattitu.

(Is-seduta ngħalqet f'12.18 p.m.)

René RADEMBINO-CONIQUET u

Glenys KINNOCK

Ko-Presidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali


Top