EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/247/35

Kawża T-348/03: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta'Settembru 2007 — Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ( Għajnuna mill-Istat — Sistema fiskali ta' għajnuna implementata mill-Olanda — Attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali ta' gruppi ta' impriżi — Deċiżjoni li tiddikjara lis-sistema ta' għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Dispożizzjoni tranżitorja — Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta' l-ugwaljanza fit-trattament — Ammissibbiltà — Locus standi )

ĠU C 247, 20.10.2007, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta'Settembru 2007 — Koninklijke Friesland Foods vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-348/03) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sistema fiskali ta' għajnuna implementata mill-Olanda - Attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali ta' gruppi ta' impriżi - Deċiżjoni li tiddikjara lis-sistema ta' għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Dispożizzjoni tranżitorja - Protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' l-ugwaljanza fit-trattament - Ammissibbiltà - Locus standi’)

(2007/C 247/35)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Friesland Foods NV, qabel Friesland Coberco Dairy Foods Holding NV (Meppel, l-Olanda) (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk u W. Geursen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet, V. Di Bucci u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, 17 ta' Frar 2003, dwar l-għajnuna Statali implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali (ĠU L 180, p. 52), safejn dan jeskludi mis-sistema tranżitorja lill-operaturi li, sal-11 ta' Lulju 2001, kienu diġà ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika s-sistema ta' għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/515/KE, tas-17 ta' Frar 2003, dwar l-għajnuna Statali implementata mill-Olanda għall-attivitajiet ta' finanzjament internazzjonali, huwa annullat safejn jeskludi mis-sistema tranżitorja stabbilita minnu lill-operaturi li, sal-11 ta' Lulju 2001, kienu ressqu, quddiem l-amministrazzjoni fiskali Olandiża, applikazzjoni sabiex tapplika s-sistema ta' għajnuna in kwistjoni li fir-rigward tagħha kienet għadha ma ttieħditx deċiżjoni sa din l-istess data.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż


(1)  ĠU C 21, 24.1.2004.


Top