Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/241/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4881 — Dell/ASAP) Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 241, 13.10.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 241/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4881 — Dell/ASAP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 241/04)

1.

Fit-3 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Dell Inc (“Dell”, l-Istati Uniti ta' l-Amerka) takkwista fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali ta' l-impriżi ASAP Software Express, ASAP Software SAS, 26eme Avenue SAS u SCI Siman (“ASAP”, l-Istati Uniti ta' l-Amerka) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Dell: il-manifattura u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-forniment ta' servizzi ta' l-IT;

għal ASAP: il-forniment ta' prodotti u servizzi ta' l-IT li jikkonsisti primarjament fil-bejgħ u d-distribuzzjoni ta' liċenzji tas-softwer għal pubblikaturi terzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4881 — Dell/ASAP, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top