Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/51

    Kriterji għat-tqassim tal-kawżi lill-Awli

    ĠU C 235, 6.10.2007, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/28


    Kriterji għat-tqassim tal-kawżi lill-Awli

    (2007/C 235/51)

    Fid-19 ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4 ta' l-Anness I ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li tapplika sat-30 ta' Settembru 2008 s-segwenti kriterji għat-tqassim tal-kawżi lill-Awli:

    ser jitqassmu lill-Ewwel Awla l-kawżi kollha, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jikkonċernaw prinċipalment kwistjonijiet ta' reklutaġġ, ta' evalwazzjoni/promozzjoni u ta' tmien definittiv ta' servizz, li ser jitqassmu lit-Tieni Awla;

    ċertu numru ta' kawżi ser jitqassmu lit-Tielet Awla, indipendentement mis-suġġetti kkonċernati, f'intervalli regolari li għandhom jiġu ddeterminati f'seduta plenarja;

    jistgħu jsiru derogi mill-imsemmija regoli ta' tqassim għal raġunijiet ta' konnessjonijiet bejn il-kawżi, kif ukoll sabiex jiġi assigurat li x-xogħol fi ħdan il-Qorti tal-Prim'Istanza jkun ibbilanċjat u raġonevolment varjat.


    Top