EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/32

Kawża T-289/07: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Lulju 2007 — Caisse Nationale des Caisses d'Épargne et de Prévoyance vs Il-Kummisjoni

ĠU C 235, 6.10.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/18


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2007 — Caisse Nationale des Caisses d'Épargne et de Prévoyance vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-289/07)

(2007/C 235/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse Nationale des Caisses d'Épargne et de Prévoyance (CNCEP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: F. Sureau, D. Théophile e É. Renaudeau, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 2110 finali, ta' l-10 ta' Mejju 2007, skond l-Artikolu 86(3) KE, rigward drittijiet speċjali mogħtija lill-Banque Postale, lill-Caisses d'Épargne u lill-Crédit Mutuel għad-distribuzzjoni ta' 'livret A' u 'livret bleu';

tikkundanna lill-Kummisjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 2110 finali, ta' l-10 ta' Mejju 2007, li tiddikjara inkompatibbli ma' l-Artikolu 86(1) KE, flimkien ma' l-Artikoli 43 KE u 49 KE, id-dispożizzjonijiet tal-Code Monétaire et Financier (Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż) li jirriżervaw għal tliet stabbilimenti ta' kreditu, il-Banque Postale, il-Caisses d'Épargne et de Prévoyance u l-Crédit Mutuel, drittijiet speċjali għad-distribuzzjoni ta' 'livret A' u 'livret bleu'.

In sostenn tar-rikors tagħha, hija tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali billi l-Kummissjoni ma rrispettatx id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u billi d-deċiżjoni hija vvizjata min-nuqqas ta' motivazzjoni.

Sostantivament, hija tallega li l-Kummissjoni wettqet żball fid-dritt meta kkunisdrat li d-drittijiet speċjali għad-distribuzzjoni ta' 'livret A' u 'livret bleu' jikkostitwixxu minnhom infushom xkiel għal-libertà ta' stabbiliment. Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta' evalwazzjoni meta kkunsidrat li dawn id-drittijiet speċjali, fil-prattika, jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju ta' libertajiet Komunitarji fi Franza.

Barra minn dan, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji ta' dritt u ta' evalwazzjoni billi l-Kummissjoni kkunsidrat li d-drittijiet speċjali ma jistgħux jiġu ġġustifikati skond l-Artikolu 86(2) KE, kif ukoll ta' żball ta' evalwazzjoni billi kkunsidrat li ma setgħux jiġu ġġustifikati minħabba f'raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet zball meta kkunsidrat il-miżura nazzjonali in kwistjoni fir-rigward tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.


Top