Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/29

    Kawża T-283/07: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Lulju 2007 — Tom Tailor vs L-UASI (Gesäßtasche rechts)

    ĠU C 235, 6.10.2007, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/16


    Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2007 — Tom Tailor vs L-UASI (Gesäßtasche rechts)

    (Kawża T-283/07)

    (2007/C 235/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tom Tailor GmbH (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S.O. Gillert, K. Vanden Bossche u F. Schiwek)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tal-parti rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Mejju 2007 (każ R 668/2006-1)

    tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Gesäßtasche rechts” għal prodotti fil-klassi 25 (Applikazzjoni Nru 4 287 769).

    Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda ta' l-applikazzjoni.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark figurattiva li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha hija suffiċjentement distinta.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).


    Top