EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/15

Kawża C-335/07: Rikors imressaq fit- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

ĠU C 235, 6.10.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/9


Rikors imressaq fit-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-335/07)

(2007/C 235/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen, M. Patakia u S. Pardo Quintillán)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Finlandja, meta ma ordnatx trattament aktar strett ta' l-ilma mormi għal skariki [dranaġġ] minn agglomerazzjonijiet ekwivalenti ta' popolazzjoni (e.p.) ta' iktar minn 10 000, naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill ta' l-21 ta' Mejju 1991, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (1)

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Iż-żoni kollha ta' ambjenti akwatiċi tal-Finlandja għandhom jiġu kkunsidrati bħala żoni sensittivi skond id-Direttiva 91/271/KEE. Minħabba f'din iċ-ċirkustanza, huwa applikabbli fit-territorju kollu tal-Finlandja l-obbligu li jittieħdu miżuri sabiex id-dranaġġ kollu ta' ilma mormi ta' agglomerazzjonijiet ta' iktar minn 10 000 e.p. ikun ittrattat b'mod aktar strett. In-nitroġenu huwa fattur ta' rilevanza fl-ewtrofikazzjoni ta' parti mis-settur tan-Nofsinhar tal-baħar ta' Botnia u huwa fattur deċiżiv fl-arċipelagu fil-golf tal-Finlandja. Il-parti ċentrali tal-baħar Baltiku huwa ddelimitat bin-nitroġenu fir-rebbiegħa. L-ewtrofikazzjoni ta' dawn iż-żoni mhuwiex ikkontestat. It-tnaqqis tat-toqol [ammont] ta' nitroġenu u ta' fosfru jgħin sabiex jevita li fir-rebbiegħa u fis-sajf ikattar il-fitoplankton. Il-fatt li l-Finlandja ma ħaditx miżuri sabiex telimina n-nitroġenu mill-ilma urban mormi għad-dranaġġi kollha ta' agglomerazzjonijiet e.p. ta' iktar minn 10 000 jikkostitwixxi ksur ta' l-Artikolu 5(2), (3) u (5) tad-Direttiva 91/271/KEE.


(1)  ĠU L 135, p. 40.


Top