Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/08

    Kawża C-326/05 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Industrias Químicas del Vallés, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Nuqqas ta' inklużjoni tal-metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva — Żnaturament ta' l-elementi ta' prova — Żball manifest ta' evalwazzjoni)

    ĠU C 235, 6.10.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Industrias Químicas del Vallés, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-326/05 P) (1)

    (Appell - Nuqqas ta' inklużjoni tal-metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva - Żnaturament ta' l-elementi ta' prova - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

    (2007/C 235/08)

    Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, SA [rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas u J. Sabater Marotias, abogados]

    Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: B. Doherty u S. Pardo Quintillán, aġenti.]

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla), tat-28 ta' Ġunju 2005, Industrias Químicas del Vallés, S.A. vs il-Kummissjoni (T-158/03), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/308/KE, tat-2 ta' Mejju 2003, li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni tal-metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u t-tneħħija ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU L 113, p. 8)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-28 ta' Ġunju 2005, Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni (T-158/03), hija annullata.

    2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/308/KE, tat-2 ta' Mejju 2003, li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni tal-metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u t-tneħħija ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż ta' din l-istanza u tal-proċedura ta' l-ewwel istanza, inklużi dawk relatati mal-proċeduri sommarji kemm quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.


    (1)  ĠU C 271, tad-29.10.2005.


    Top