EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/04

Kawża C-134/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dritt ta' stabbiliment — Irkupru extraġudizzjarju ta' djun)

ĠU C 235, 6.10.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-134/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Dritt ta' stabbiliment - Irkupru extraġudizzjarju ta' djun)

(2007/C 235/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: E. Traversa, aġent]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I.M. Braguglia u P. Gentili, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 49 KE — Liġi nazzjonali li tissuġġetta l-attività ta' l-irkupru extraġudizzjarju ta' krediti għall-għoti ta' liċenzja li l-validità tagħha hija limitata għat-territorju tal-provinċja fejn ġiet mogħtija.

Dispożittiv

1)

Billi timponi, fil-kuntest tat-Test Uniku tal-Liġijiet dwar is-Sigurtà Pubblika (Testo Unico delle Leggi di Pubblica Sicurezza), approvat mid-Digriet Irjali Nru 773, tat-18 ta' Ġunju 1931, l-obbligu, fuq kull impriża li teżerċita l-attività ta' rkupru extraġudizzjarju ta' djun:

li titlob, għalkemm l-impriża jkollha liċenzja maħruġa mill-Questore ta' provinċja, liċenzja ġdida f'kull provinċja fejn hija tixtieq teżerċita l-attivitajiet tagħha, ħlief fil-każ meta jingħata mandat lil rappreżentant awtorizzat f'din il-provinċja l-oħra, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 43 KE u 49 KE;

li jkollha uffiċċju fit-territorju kopert mil-liċenzja u li twaħħal hemmhekk tabella ta' servizzi li jistgħu jiġu pprovduti lill-klijenti, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 49 KE;

li jkollha uffiċċju f'kull provinċja fejn hija għandha l-intenzjoni teżerċita l-attivitajiet tagħha, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 43 KE.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu, kull waħda min-naħa tagħha, l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 143, 11.6.2005.


Top