Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento C2007/201/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4691 — Schering-Plough/Organon BioSciences) Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 201, 29.8.2007, p. 22-22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 201/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4691 — Schering-Plough/Organon BioSciences)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 201/08)

1.

Fit-23 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih l-impriża Schering-Plough Corporation (“Schering-Plough”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Organon BioSciences N.V. (“Organon BS”, l-Olanda) ikkontrollata minn Akzo Nobel N.V. (“Akzo”, l-Olanda) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Schering-Plough: Prodotti għas-saħħa tal-bnedmin u ta' l-annimali,

għal Organon BS: Prodotti għall-kura tas-saħħa tal-bnedmin u ta' l-annimali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru. 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4691 — Schering-Plough/Organon BioSciences fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Arriba