This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/199/02
Case C-466/03: Judgment of the Court (First Chamber) of 28 June 2007 (reference for a preliminary ruling from the Landgericht Baden-Baden (Germany)) — Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft mbH v Land Baden-Württemberg (Directive 69/335/EEC — Indirect taxes on the raising of capital — National provisions which provide for notarial fees to be charged for the authentication of the transfer of shares in limited liability companies — Tax decision — Classification as a duty similar to capital duty — Prior formality — Duties on the transfer of securities — Duties paid by way of fees or dues)
Kawża C-466/03: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Baden-Baden — il-Ġermanja) — Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft mbH vs Land Baden-Württemberg (Direttiva 69/335/KEE — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-ġbir ta' drittijiet fuq att notarili li jikkonstata t-trasferiment ta' ishma f'kumpannija b'responsabbiltà limitata — Deċiżjoni ta' tassazzjoni — Kwalifika bħala taxxa simili għal taxxa kapitali lill-kumpanniji — Formalità preliminari — Taxxi fuq it-trasferiment ta' titoli — Taxxi li huma ta' natura remuneratorja)

ĠU C 199, 25.8.2007, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 199/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Baden-Baden — il-Ġermanja) — Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft mbH vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-466/03) (1)
(Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Liġi nazzjonali li tipprovdi għall-ġbir ta' drittijiet fuq att notarili li jikkonstata t-trasferiment ta' ishma f'kumpannija b'responsabbiltà limitata - Deċiżjoni ta' tassazzjoni - Kwalifika bħala “taxxa simili għal taxxa kapitali lill-kumpanniji’ - Formalità preliminari - Taxxi fuq it-trasferiment ta' titoli - Taxxi li huma ta' natura remuneratorja)
(2007/C 199/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Baden-Baden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Albert Reiss Beteiligungsgesellschaft mbH
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Baden-Baden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 156, p. 23) — Żieda fil-kapital ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata permezz ta' kontribuzzjoni ta' ishma miżmuma f'kumpannija oħra — Taxxi imposti fuq l-att notarili li jikkonstata t-trasferiment ta' l-ishma
Dispożittiv
L-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta' Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, ta' l-10 ta' Ġunju 1985, jipprekludi l-ħlas tad-drittijiet notarili għall-awtentikazzjoni ta' trasferiment ta' ishma f'kumpannija, li jkun seħħ permezz ta' kontribuzzjoni fil-kuntest ta' żieda fil-kapital ta' kumpannija kapitali, u dan f'sistema kkaratterizzata mill-fatt li n-nutara huma impjegati mas-servizz pubbliku u li d-drittijiet jitħallsu, għall-inqas parzjalment, lill-Istat bħala kontribut għan-nefqa pubblika.