Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/132/06

Notifika ta' konċentrazzjoni (Każ Nru COMP/M.4733 — Apax Partners Worldwide/Electro-Stock Grup) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 132, 14.6.2007, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 132/12


Notifika ta' konċentrazzjoni

(Każ Nru COMP/M.4733 — Apax Partners Worldwide/Electro-Stock Grup)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 132/06)

1.

Fil-5 ta' Ġunju 2007 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Apax Partners Worldwide LLP (“Apax”, UK) tikseb skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll ta' l-impriża kollha Electro-Stocks Grup SL (“ESG”, Spain) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet tan-negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

Apax: Tipprovdi servizzi ta' ġestjoni u pariri dwar fondi privati ta' ekwità b'investiment primarjament fl-Ewropa f'firxa ta' setturi ta' industrija

ESG: distribuzzjoni ta' komponenti elettriċi fi Spanja, primarjament għal stallaturi elettriċi, bennejja u stallaturi oħra.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni nnotifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi innutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru. (32-2)296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4733 Każ — Apax Partners Worldwide/Electro-Stock Grup, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top