Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2005/041/02

Rapport fuq il-kontijiet annwali ta’ l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena 2003 flimkien mar-risposti ta’ l-Aġenzija

ĠU C 41, 17.2.2005, pp. 35–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

17.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/35


RAPPORT

fuq il-kontijiet annwali ta’ l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena 2003 flimkien mar-risposti ta’ l-Aġenzija

WERREJ

1

INTRODUZZJONI

2-6

L-OPINJONI TAL-QORTI

3

L-Affidabilità tal-Kontijiet

4-6

Il-Legalità u r-Regolarità tat-Transazzjonijiet ta’ bażi

7-16

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1-4

Ir-Risposti ta’ l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (minn hawn ‘l quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) twaqqfet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/96 tal-25 ta’ Lulju 1996 (1). Dan ir-regolament kien sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 (2). L-Aġenzija, li kienet imwaqqfa fi Frar tas-sena 2000, għall-ewwel kienet responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi ta’ għajnuna ta’ l-UE f’Kosovo. Wara żewġ estensjonijiet tal-mandat tagħha fl-2001 u fl-2002, l-operazzjonijiet tagħha issa jkopru s-Serbja u l-Montenegro u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-kwartjieri ġenerali ta’ l-Aġenzija huma f’Tessaloniki u għandha ċentri ta’ l-operat f’Belgrad, Podgorica, Pristina u Skopje. Hija timplimenta programmi sabiex tippromwovi l-bini ta’ istituzzjonijiet u t-tmexxija tajba, sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta’ l-ekonomija tas-suq u l-infrastruttura essenzjali u sabiex tikkonsolida soċjetà ċivili. It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-poteri u l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija bbażati fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija nnifisha.

L-OPINJONI TAL-QORTI

2.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri eżaminat il-kontijiet annwali ta’ l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2003, u t-transazzjonijiet ta’ bażi. Hija wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta’ verifiki tagħha. Dawn huma bbażati fuq standards internazzjonali adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-Qorti għalhekk kisbet assigurazzjoni raġonevoli sabiex issostni l-opinjoni espressa li ġejja.

L-Affidabilità tal-Kontijiet

3.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet ta’ l-Aġenzija ma jagħtux stampa preċiża tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-Aġenzija u tas-sitwazzjoni rigward l-assi tagħha (ara l-paragrafi 8 u 10).

Il-Legalità u r-Regolarità tat-Transazzjonijiet ta’ bażi

4.

Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni neċessarja fuq l-użu finali tal-fondi fdati mill-Aġenzija lil korpi terzi nazzjonali u internazzjonali, il-Qorti ma tistax tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet li huma fil-bażi għal pagamenti ta’ 21.4 miljun euro li saru fl-2003 (ara l-paragrafu 15). Mill-bqija, iżda skond ir-riservi miżmuma f’paragrafi 5 u 6 isfel, il-Qorti tistma illi t-transazzjonijiet li huma fil-bażi tal-kontijiet annwali ta’ l-Aġenzija huma legali u regolari.

5.

Għal dak li jikkonċerna pagamenti, il-Qorti nnutat żbalji relatati mal-validità tad-dokumenti ta’ sostenn, l-osservanza ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali u d-delegazzjoni tal-poteri li jappartjenu lil awtorita’ pubblika (ara l-paragrafu 13).

6.

Rigward l-għotja ta’ kuntratti, il-Qorti nnutat, għal każ minn kull ħamsa illi hija eżaminat, anomaliji proċedurali illi jpoġġu f’dubju r-rispett tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs bejn min jitfa’ offerti għal xogħol bl-appalt (ara l-paragrafu 14).

OSSERVAZZJONIJIET

7.

L-implimetazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta’ l-approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti hija murija fit-Tabella 2. Il-kontijiet tad-dħul u nfiq u l-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4  (3).

8.

L-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju ta’ l-Aġenzija jistipula li l-baġit tagħha għandu jkun awtorizzat skond il-prinċipju ta’ l-approprjazzjonijiet differenzjati fejn jiġu ddiferenzjati l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-Artikolu 3 ta’ l-istess regolament jistipula li d-dħul totali għandu jkopri l-infiq totali, li jimplika li l-baġit għandu dejjem jibbilanċja u li l-implimentazzjoni għandha tkun kemm jista’ jkun viċin l-ekwilibriju. Madanakollu, fil-prattika l-baġit ta’ l-Aġenzija kif adottat mill-Bord ta’ Gvernaturi ma josservax il-prinċipju ta’ l-approprjazzjonijiet differenzjati, bir-riżultat li l-Aġenzija tippreżenta bħala nfiq u mhux biss pagamenti għall-perjodu li jitħallsu mill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja imma wkoll kull pagament pendenti fir-rigward ta’ l-impenji għas-sena finanzjarja (4), irrispettivament ta’ safejn dawn l-impenji kienu implimentati. Għalhekk il-kontijiet tal-kwantitajiet maħduma għas-sena finanzjarja ma jirrappreżentawx ir-realtà ekonomija tal-ħidma ta’ l-Aġenzija. L-iżbilanċ kumulattiv fil-31 ta’ Diċembru 2003, jiġifieri 140,95 miljun euro, huwa għalhekk fil-biċċa l-kbira artifiċjali peress illi huwa hekk minħabba l-impenji pendenti fuq it-transazzjonijiet ekonomiċi li għandhom ma ġewx implimentati.

9.

Fl-2003, is-sistema tal-kontijiet ta’ l-Aġenzija baqgħat turi nuqqasijiet serji. Per eżempju, il-kontijiet ġenerali kienu għandhom jinżammu fuq il-bażi ta’ daħla waħda minkejja r-riskji kollha ta’ żbalji li jinvolvu għall-integrità ta’ l-informazzjoni u minkejja l-fatt li l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju ta’ l-Aġenzija jistipula li l-kontijiet għandhom jinżammu fuq il-bażi ta’ daħliet doppji.

10.

Minkejja l-osservazzjoni magħmula mill-Qorti fir-rapport tagħha fuq is-sena finanzjarja 2002 (5), fondi mħallsa lill-intermedjarji finanzjarji taħt programmi ta’ self ma ddaħħlux fin-naħa ta’ l-attiv tal-karta tal-bilanċ. L-użu li sar minn dawn il-fondi jissemma biss fin-nota ta’ informazzjoni fir-rapport anness mal-kontijiet (6). Mill-ħolqien tagħha, l-Aġenzija ħallset 52,4 miljun euro (7) taħt dawn il-programmi. Barra minn dan, programmi varji li kienu għandhom qed jiġu implimentati fl-2003 jipprovdu għat-tmexxija ta’ fondi minn kuntratturi lill-Aġenzija. Il-fondi li ġew imħallsa hekk, li ġew identifikati mill-Qorti, ammontaw għal 43,38 miljun euro. Fiż-żewġ każijiet, il-bilanċi li kienu għadhom disponibbli fl-aħħar tas-sena finanzjarja 2003 kellhom jiġu murija fin-naħa ta’ l-attiv fil-karta tal-bilanċ ta’ l-Aġenzija.

11.

L-isforzi ta’ l-Aġenzija biex ittejjeb it-tmexxija tagħha tal-baġit, i-mexxija tagħha finanzjarja, u dik tat-tmexxija tal-kontijiet għandhom jiġu intensifikati bil-ħsieb tal-konsolidazzjoni tal-kontijet ta’ l-Aġenzija ma’ dawk ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità, li ser issir mis-sena finanzjarja 2005 (8). Fil-fatt il-baġit ta’ l-Aġenzija irid jiġi adottat fil-forma provduta fir-Regolament Finanzjarju tagħha (ara l-paragrafu 8) u r-regoli tal-kontijiet li jirregolaw id-dħul u l-infiq għandhom jiġu armonizzati mal-prinċipji li jirregolaw iż-żamma tal-kotba bbażata fuq l-akkumulazzjoni.

12.

It-tmexxija ta’ entità finanzjarja li l-Aġenzija waqqfet ġewwa l-Kosovo, li t-tmexxija tagħha ġiet mogħtija lill-konsulent estern, kienet karatterizzata b’nuqqasijiet sinifikanti (per eżempju kontijet difettużi, analiżi mhux adegwata tar-riskju relatat ma dak li jissellef, dokumentazzjoni provduta bħala appoġġ għall-applikazzjonijiet ta’ self, mhux adegwata). Is-sorveljanza ta’ l-Aġenzija ma kientix biżżejjed sabiex tidentifika dawn in-nuqqasijiet u sabiex tieħu l-azzjoni korrettiva neċessarja kemm jista’ jkun malajr.

13.

Anomaliji ġew osservati fir-rigward ta’ pagamenti mħallsa fl-2003. F’ċerti każijiet huma joħorġu min-nuqqas li jiġu osservati jew dispożizzjonijiet kontrattwali jew kondizzjonijiet ta’ pagamenti (dokumenti ta’ sostenn invalidi, anki mhux adegwati) F’każijiet oħra, ħafna mill-anomaliji saru minħabba l-fatt li l-azzjonijiet li għalihom sar il-pagament ma jimxux mar-regoli li jirregolaw id-delegazzjoni tal-poteri ta’ l-awtorità pubblika u/jew dawk li jirregolaw l-emendi tal-kuntratti li diġà kienu konklużi. Dawn l-anomaliji juri li l-Aġenzija għandha ttejjeb is-sorveljanza tagħha tal-proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impenn u l-validazzjoni ta’ l-infiq.

14.

Anomaliji li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjonijiet fuq l-għotja ta’ kuntratti kienu nnutati. Per eżempju, xi appaltaturi kienu mwarrba minħabba raġunijiet amministrattivi u tekniċi li kienu disputtabbli jew ma kienux issostanzjati biżżejjed. F’każijiet oħra, l-amministraturi tal-proġett ġew mibdula xi ftit żmien wara l-bidu ta’ l-implimetazzjoni tal-kuntratt minn persuni li ma kellhomx l-istess kwalifiki bħal dawk li ppermettew lill-appaltatur jirbaħ il-kuntratt. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji, l-Aġenzija għandha ssaħħaħ is-sistema tagħha tal-kontroll intern billi tagħżel b’mod rigoruż l-istaff responsabbli għall-valutazzjoni ta’ l-offerti u billi tiċċekkja li l-kumitati li jevalwaw isostnu b’mod ċar id-deċiżjonijiet tagħhom.

15.

F’każijiet diversi, l-Aġenzija kkonkludiet ftehim ma’ partijiet terzi pubbliċi jew semi-pubbliċi, nazzjonali jew internazzjonali. F’dawn il-każijiet kollha, hija għandha tiżgura applikazzjoni iktar rigoruża tal-mekkaniżmi eżistenti sabiex tiżgura li dawn l-entitajiet kollha jipprovduha bl-informazzjoni neċessarja biex tistma l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet ta’ bażi.

16.

Fir-rapport tagħha fuq is-sena finanzjarja 2002 (9), il-Qorti enfasizzat fuq in-numru eċċessiv ta’ l-uffiċjali li jawtorizzaw b’delegazzjoni u sub-delegazzjoni. Fl-aħħar ta’ l-2003, kien hemm 45 għat-Titolu III u 11 għat-Titoli I u II, jiġifieri 56 mqabbla mas-67 f’Ġunju 2003. Barra minn dan, l-ebda limitu m’ hu impost fuq in-numru u t-tul tal-delegazzjonijiet. L-Aġenzija għandha tkompli l-isforzi tagħha sabiex tnaqqas in-numru ta’ delegazzjonijiet.

Dan ir-rapport kien adottat mill-Qorti ta’ l-Awdituri i-Lussemburgu fil-laqgħat tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Qorti ta’ l-Awdituri

Juan Manuel FABRA VALLÉS

President


(1)  ĠU L 204, ta’ l-14.8.1996, pġ. 1.

(2)  ĠU L 306, tas-7.12.2000 pġ. 7.

(3)  It-tabelli kollha f’dan ir-rapport ġew imfassla fuq il-bażi tal-valuri l-iktar eżatti għall-informazzjoni wżata. Għall-iskopjiet tal-preżentazzjoni, il-figuri kienu rrotandati f’ valur inqas jew iktar, u dan jista’ jipproduċi differenzi minuri fit-totali. Sing tindika valur ineżistenti jew bla valur u 0,0 jindika valur taħt il-limitu tar-rotondar.

(4)  Pagamenti magħmulin waqt is-sena finanzjarja għall-pagamenti pendenti mis-snin ta’ qabel mhumiex meqjusin bħala nfiq fil-kont tad-dħul u nfiq ta’ l-Aġenzija.

(5)  Ara l-paragrafu 14 tar-rapport dwar is-sena finanzjarja 2002 (ĠU C 319, tat-30.12.2003, pġ. 1).

(6)  Dan hu l-każ ta’ fondi li jikkorrispondu u tal-fondi li nħarġu mill-mekaniżmi tas-self jew mill-linji ta’ kreditu.

(7)  Stima qabel ma saru l-aġġustamenti neċċassarji.

(8)  Ara r-reċiti Nri 32, 35, 48 u 49 tar-regolament finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002, ĠU L 248, tas-16.9.2002.

(9)  Ara l-paragrafu 15 tar-rapport dwar is-sena finanzjarja 2002.


 

Tabella 1

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (Tessaloniki)

Oqsma ta’ responsabbilità ta’ l-UE skond it-Trattat

Il-poteri ta’ l-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000

Tmexxija tajba

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija (informazzjoni għall-2002)

Attivitajiet u servizzi provduti fl-2003

 

Miri

Applikazzjoni

Funzjonijiet

Bord ta’ Gvernaturi

Baġit Finali

Distribuzzjoni ġeografika tan-nefqa ta’ l-operat fl-2003

Il-Komunità għandha twettaq, fl-isferi tagħha tal-kompetenza, miżuri ta’ kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, ma’ pajjiżi terzi. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu komplimentari ma’ dawk imwettqa mill-Istati Membri u konsistenti mal-politika ta’ l-iżvilupp tal-Komunità.

(Artikolu 181 A)

Li tipprovdi lill-UE b’għajnuna (i) għar-rikostruzzjoni, ir-ritorn tar-refuġjati u persuni mitlufa; (ii) li tippromwovi amministrazzjoni tajba, istituzzjonijiet iktar b’saħħithom u l-istat tad-dritt; (iii) li tagħti sostenn lill-iżvilupp ta’ ekonomija tas-suq u investiment f’infrastruttura fiżika essenzjali u miżuri ta’ l-ambjent; (iv) li tagħti sostenn lill-iżvilupp soċjali u tikkonsolida s-soċjetà ċivili.

L-Aġenzija tmexxi l-programmi prinċipali ta’ għajnuna ġo Serbja-Montenegro (Ir-Repubblika ta’ Serbja, Kosovo u Repubblika ta’ Montenegro) u fl- ex Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja (FYROM). Benefiċjarji jistgħu jinkludu Stati, entitajiet taħt l-amministrazzjoni tal-NU, entitajiet federati, reġjonali u lokali, entitajiet pubbliċi jew semi-pubbliċi, iż-żewġ naħat ta’ l-industrija, organizzazzjonijiet li jagħtu sostenn lin-negozju, kooperattivi, is-soċjetajiet ta’ għajnuna, karitajiet, fondazzjonijiet, u NGOs.

Li tagħti parir lill-Kummissjoni tal-bżonnijiet ta’ prijorità;

Li tfassal programmi għar-rikostruzzjoni u r-ritorn ta’ refuġjati u persuna mitlufa;

Li tieħu kull pass neċessarju biex timplimenta l-għajnuna ta’ l-UE;

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u osservatur mill-Bank Ewropej ta’ l-Investiment

Direttur

Maħtur mill-Bord ta’ Gvernaturi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Ċentri ta’ l-operat ġewwa Belgrade, Pristina, Podgorica u Skopje b’livell għoli ta’ tmexxija awtonoma.

Kontroll Estern

Qorti ta’ l-Awdituri

Awtorità ta’ approvazzjoni

il-Parlament wara rakkommandazzjoni mill-Kunsill.

358,6 miljun euro (495,9 miljun euro) inkluż għotja mill-UE ta’: 97.4 % (92,5 %)

Staff fil-31 ta’ Diċembru 2003:

120 (122) postjiet imniżżla fil-pjan ta’ stabbiliment,

postijiet ġa meħuda: 94 (101)

postijiet oħra — staff lokali: 201 (195) postijiet, li 173 (176) minnhom huma meħuda

Staff totali: 267 (277)

responsabbli għal:

dmirijiet ta’ l-operat: 140 (136)

dmirijiet amministrattivi: 97 (107)

dmirijiet mħallta: 30 (34)

Kosovo: 139 miljun euro.

Serbja: 109 miljun euro.

Montenegro: 19 miljun euro.

FYROM: 36 miljun euro.

Total: 302 miljun euro.

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija.


Tabella 2

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena 2003

(miljun euro)

Dħul

Nfiq

Sors tad-dħul

Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

Allokazzjoni ta' nefqa

Approprjazzjonijiet disponibbli

Approprjazzjonijiet miġjuba mis-sena finanzjarja ta' qabel

Reġistrati

Impenjati

Mħallsa

Trasferiti

Kanċellati

Bilanċ għall-impenn

Impenji miġjuba 'l quddiem

Mħallsa

Kanċellati (1)

Impenji pendenti

Għotjiet komunitarji

349,3

270,0

Titolu I

Persunal

19,2

17,3

17,0

0,3

1,9

0,2

0,1

0,1

Għotjiet oħra

4,0

28,4

Titolu II

Amministrazzjoni

7,6

6,5

5,3

1,2

1,1

2,0

2,0

0,1

Dħul ieħor

5,3

5,5

Titolu III

Nefqa ta' xogħol

331,8

182,0

29,8

152,2

149,7

338,2

227,6

30,6

79,9

Total

358,6

303,9

Total

358,6

205,8

52,1

153,7

3,0

149,7

340,4

229,7

30,8

79,9

 

Impenji pendenti (1)

233,5

153,0

39,8

113,2

2,5

78,0

 

 

 

 

 

Total

592,1

358,7

91,9

266,9

5,5

227,8

340,4

229,7

30,8

79,9

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet tagħha.


Tabella 3

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni – Kont tad-dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2003 u 2002

(1000 euro)

 

2003

2002

Dħul

Għotjiet tal-Kummissjoni

275 280

462 804

Dħul finanzjarju

3 955

5 978

Dħul ieħor

1 517

495

Fondi li jikkorrispondu

379

497

Kontribuzzjonijiet minn partjiet terzi

28 034

500

Total tad-dħul (a)

309 164

470 274

Nfiq

Persunal — Titolu I tal-baġit

Pagamenti

17 027

17 771

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

306

206

Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

Pagamenti

5 261

6 211

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

1 215

2 037

Nefqa ta' xogħol — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

69 565

138 512

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

265 352

293 106

Total ta' l-infiq (b)

358 725

457 844

Riżultat għas-sena finanzjarja (a – b) (2)

–49 560

12 430

Bilanċ miġjub mis-sena finanzjarja ta' qabel

– 112 908

–73 127

Pagamenti għan-nom tal-Kummissjoni

–5 231

–25 407

Pagamenti li għandhom isiru għan-nom tal-Kummissjoni

– 515

0

Kanċellamenti ta' l-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-snin finanzjarji ta' qabel

30 649

5 463

N – 1 approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem li jiskadu(Titoli I u II)

146

135

Kumpliment: approprjazzjonijiet ta' l-2001 miġjuba ' l quddiem

0

–32 423

Dħul finanzjarju li għandu jerġa' jitħallas

–3 955

0

Aġġustamenti tal-fondi li jikkorrespondu

400

0

Differenzi fir-rati ta' kambju

23

22

Bilanċ għas-sena finanzjarja

– 140 951

– 112 908

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet tagħha.


Tabella 4

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni — Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002

(1000 euros)

Attiv

2003

2002

Passiv

2003

2002

Assi fissi

 

 

Kapital fiss

 

 

Assi fissi bil-prezz mixtrija (3)

3 877

3 400

Kapital proprju (3)

1 771

1 960

Deprezzament (3)

–2 106

–1 440

Bilanċ għas-sena finanzjarja

– 140 951

– 112 908

Total parzjali

1 771

1 960

Total parzjali

– 139 180

– 110 948

Assi kurrenti

 

 

Passiv kurrenti

 

 

Kontijiet diversi riċevibbli

56

58

Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet awtomatiċi (Titolu III)

345 271

338 112

Avvanzi

57

53

Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet awtomatiċi (Titoli I u II)

1 521

2 244

TVA li trid tiġi rkuprata

23

26

Kontijiet diversi li għandhom jitħallsu

5 002

49

Total parzjali

135

137

Total parzjali

351 794

340 405

Kontijiet ta' flus kontanti

 

 

 

 

 

Kontijiet tal- bank

210 664

227 307

 

 

 

Flus kontanti

44

53

 

 

 

Total parzjali

210 708

227 360

 

 

 

Total

212 614

229 457

Total

212 614

229 457

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet tagħha.


(1)  L-ammont ta' approprjazzjonijet li kienu miġjuba mis-sena finanzjarja ta' qabel u li kienu kanċellati fl-2003 (30,6 miljun euro) jikkorrispondu mad-dikommissjonijiet. L-approprjazzjonijiet li jikkorrespondu reġgħu ġew disponibbli u miżjudin ma' l-impenji pendenti fil-bidu tas-sena finanzjarja.

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet tagħha.

(2)  Ikkalkulati skond il-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 15 tar-Regolament atl-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 (ĠU L 130, tal 31.5.2000, pġ. 8).

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet tagħha.

(3)  L-assi fissi bil-prezz mixtrija u deprezzament għas-sena finanzjarja 2002 ħew ikkalkulati mill-ġdid skond il-metodi li ġew segwiti fis-sena finanzjarja 2003.

NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

Sors: Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet tagħha.


IT-TWEĠIBIET TA’ L-AĠENZIJA

8.

Ladarba l-aġenzija m’għandiex għad-dispożizzjoni tagħha linja proprja tal-baġit fl-KE, il-proċedura annwali tal-baġit isseħħ esklużivament fi ħdan il-bord ta’ direzzjoni tagħha, taħt il-gwida tal-Kummissjoni. F’dak il-kuntest, l-aġenzija tippreżenta l-abbozz tal-baġit tagħha bħala approprijazzjonijiet dissoċjati, flimikien ma’ “skedi probabbli ta’ pagamenti fir-rigward ta’ impenni”, skond il-prattika tal-Kummissjoni. Din id-differenzjazzjoni mhijiex viżibbli madankollu meta l-baġit annwali tagħha huwa ppubblikat fil-ħarġa speċjali tal-ĠU għall-aġenziji, ladarba l-format komuni wżat hemmhekk huwa dak ta’ krediti mhux dissoċjati applikabbli għall-biċċa l-kbira ta’ l-aġenziji. L-aġenzija issa ħadet il-passi sabiex tikkjarifika l-preżentazzjoni finanzjarja ta’ l-operazzjonijiet tagħha. Il-kont konsolidat li jirriżulta tad-dħul u l-infiq għall-perjodu sħiħ jitlesta għall-2004 u jintuża għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ l-2005 sabiex ikun hemm konformità ma’ l-approċċ ABAC.

9.

L-aġenzija għelbet kompletament in-nuqqasijiet imsemmija mill-Qorti u issa tuża sistema ta’ kontabilità ġenerali ta’ kollokazzjoni doppja kompjuterizzata flimkien ma’ l-istrument tal-baġit S12. Tul l-ewwel nofs ta’ l-2004 id-data ta’ kontabilità ta’ l-2003 kienet introdotta f’dak l-istrument tal-baġit u l-kontijiet finali għall-2003 ġew stabbiliti fuq dik il-bażi. L-integrità (il-kompletezza u l-akkuratezza) tad-data ppreżentata bl-użu tas-sistema preċedenti kienet konfermata f’dak il-kuntest.

10.

L-ammont ta’ 52,4 miljun euro jirrappreżenta t-total kumulattiv ta’ pagamenti li saru lil dawn l-intermedjarji kollha mill-2000. Minn dawn, 15-il miljun euro biss tħallsu lil korpi maħluqa mill-aġenzija (3.71 miljun euro fl-2003). Il-klawżola ta’ proprjetà transizzjonali għall-fondi wżati mill-aġenzija ppreservat essenzjalment l-interessi komunitarji sakemm il-fondi setgħu jiġu trasferiti b’mod sigur lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni. L-aġenzija tintegra l-valur ta’ dawn il-fondi u tirrapporta dwar l-użu tagħhom fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha mill-2004. Mit-tnax-i “fond speċjali”, tlieta kienu ngħalqu qabel l-aħħar ta’ l-2003; il-bilanċ pendenti tal-fondi li baqa’ kien ta’ 5,87 m € fil-31.12.03 u huwa kważi kompletament likwidat fl-aħħar ta’ l-2004.

11.

Fl-2003, il-pożizzjoni ta’ reviżur tal-kontijiet ta’ l-aġenzija ġiet imtejjba b’mod konsiderevoli, ġie reklutat kontrollur intern, kienu akkwistati għajnuniet oħra ta’ kontabilità, is-servizzi finanzjarji u ta’ general ledger ġew organizzati mill-ġdid u s-sistema ta’ delegazzjonijiet kienet riveduta. Fl-2004, l-aġenzija kompliet bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb aħjar is-sistema ta’ ġestjoni finanzjarja tagħha, b’mod partikolari billi ttejjeb is-servizz ta’ kontabilità tagħha.

12.

Dan il-korp inħoloq fl-2000 f’sitwazzjoni immedjata ta’ wara l-gwerra meta ma kien hemm fis-seħħ ebda sistema bankarja. Hekk kif il-kondizzjonijiet tjiebu progressivament, ġie introdott titjib fil-ġestjoni ta’ dan l-uffiċċju. Infatti l-EAR, bħala parti mis-sorveljanza attiva tagħha tal-programm, ikkummissjonat verifika fl-2002 (li r-rapport tagħha huwa l-bażi għall-osservazzjonijiet tal-Qorti), li inkludiet reviżjoni tal-ġestjoni tal-fond. Huwa veru li l-EAR irreaġixxiet b’ċertu dewmien. Dan kien dovut għat-trasmissjoni tard tar-rapport tal-verifika. Abbażi tar-riżultati l-EAR tat istruzzjonijiet lill-konsulenti sabiex jieħdu azzjoni ta’ korrezzjoni.

13.

Għall-ewwel kategorija ta’ riżultati msemmija mill-Qorti, l-aġenzija għamlet pagamenti lil organizzazzjonijiet pubbliċi f’kondizzjonijiet differenti minn dawk previsti fil-kuntratt. Dan sar sabiex jiġi armonizzat aħjar il-ħin ta’ pagamenti għall-ħtiġiet ta’ cash flow u għar-regoli interni ta’ l-organizzazzjonijiet ikkonċernati biex b’hekk jiġi evitat dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti. F’każijiet oħra, l-aġenzija kkunsidrat l-informazzjoni teknika u finanzjarja pprovduta mill-kuntrattur bħala fis-sustanza ekwivalenti għas-sottomissjonijiet mitluba formalment mill-kuntratt. Barra minn hekk, f’xi każijiet, minħabba liġijiet u kondizzjonijiet lokali, kien impossibbli għall-aġenzija li tikseb dokumenti ta’ sostenn li jkunu skond il-livell mitlub mill-UE. It-tieni kategorija, li tikkostitwixxi l-maġġoranza tar-riżultati tal-Qorti, tikkonċerna kuntratti ta’ aġenti ta’ prokura. Dan it-tip ta’ kuntratt m’għadux jintuża mid-dħul fis-seħħ tar-regolament finanzjarju ġdid fl-1 ta’ Jannar 2003. Ftit minn dawn il-kuntratti huma diġà mitmuma u l-bilanċ pendenti ta’ l-oħrajn issa qiegħed jiġi likwidat. L-Approċċ ta’ l-EAR dejjem kien li tiġi assigurata ġestjoni effiċjenti tal-proġetti (ħafna drabi f’kondizzjonijiet diffiċli u urġenti) waqt li jiġu rispettati r-regoli applikabbli. Ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti madankollu huma rikonoxxuti kif dovut. Isir sforz speċjali sabiex jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet kontrattwali tal-pagamenti huma rispettati.

14.

Il-maġġoranza tar-riżultati tal-Qorti tirrelata għal offerti u valutazzjonijiet imwettqa qabel l-2003. F’xi każijiet l-aġenzija aċċettat interpretazzjoni tar-regoli tal-KE mill-kumitati ta’ valutazzjoni b’mod differenti għal dak mifhum mill-Qorti. Dan infatti wassal għall-esklużjoni ta’ xi kumpanniji. Fir-rigward tas-sostituzzjoni ta’ mexxejja tat-tîm li ħallew proġett, sitwazzjoni li sseħħ minn żmien għal żmien minkejja x-xewqa ta’ l-aġenzija, l-EAR tikkunsidra li fil-prattika, l-espert il-ġdid propost kien kapaċi jimplimenta l-kuntratt bl-istess effiċjenza. L-aġenzija taħtar bħala membri tal-kumitati ta’ valutazzjoni mhux biss il-personal esperjenzat tagħha fil-qasam, iżda wkoll esperti indipendenti jew persuni kompetenti maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Monitoraġġ u gwida ċentrali huma issa pprovduti mill-Konsulent Prim ta’ Prokura reklutat fl-2004 in vista ta’ titjib ulterjuri tas-sistema ta’ kontroll intern rilevanti.

15.

Din l-osservazzjoni tikkonċerna ftehim ta’ sovvenzjoni ma’ l-UNIMK u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, iffirmat qabel l-2003 skond il-prattika tal-Kummissjoni (ir-regoli tal-KE). Meta l-aġenzija kienet konxja ta’ problemi bl-implimentazzjoni ta’ sovvenzjoni, ittieħdu miżuri ta’ korrezzjoni flimkien mal-benefiċjarju u wara kjarifika tal-kwistjonijiet disputati. Fid-dawl ta’ l-osservazzjoni li għamlet il-Qorti, fil-ġejjieni, l-aġenzija tagħmel monitoraġġ iktar mill-qrib ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawn is-sovvenzjonijiet.

16.

Il-proċess ta’ tnaqqis tan-numru ta’ delegazzjonijiet beda fl-2003 kif muri mir-rimarka tal-Qorti. Tlesta fi Frar 2004, u minn dak iż-żmien hemm biss 20 delegazzjoni u sub-delegazzjoni f’total, li jippermettu l-implimentazzjoni tajba tal-fluss tax-xogħol adattat (ċirkwit finanzjarju).


Top